Talb tal-interċessjoni. It-Trinità Qaddisa. Il-Ħadd fuq Għid il-Ħamsin.

V… Waqt li nfaħħru lil Alla l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu talli wriena n-natura divina tiegħu bħala mħabba u komunjoni, noffrulu t-talb tagħna filwaqt li ngħidu flimkien: Mulej, isma’ t-talba tagħna.

1. Għall-Knisja Mqaddsa, biex tirrifletti l-għaqda tat-Trinità, taħdem bla heda biex tgħaqqad il-firdiet li hawn preżenti u f’dinja maqsuma taġixxi bħala fanal ta’ verità, tama u karità. Nitolbu

2. Għall-mexxejja tad-dinja biex jipproteġu lil min hu l-aktar vulnerabbli, u jassiguraw li kull persuna tista’ tgħix bid-dinjità li tixirqilha. Nitolbu

3. Għall-insara kollha biex jagħrfu jużaw id-doni li Alla żejjinhom bihom biex iservu lil xulxin u jirriflettu l-preżenza divina fihom u fosthom. Nitolbu

4. Għalina lkoll biex l-imħabba tat-Trinità Qaddisa ssaħħaħ il-familji tagħna, tfejjaq lill-morda, tfarraġ lil dawk imnikkta, u tipprovdi tama lil dawk li qegħdin jiffaċċjaw żminijiet diffiċli. Nitolbu

V… O Alla tal-Għerf, isma’ t-talbiet li qegħdin inwasslulek illum. Agħtina li kulma nagħmlu jibda u jispiċċa fl-imħabba tiegħek. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading