Minn Joe Galea
Nhar it-30 ta’ Ġunju 2025 il-Papa Ljun XIV ikkundanna bil-qawwa l-użu tal-ġuħ bħala arma ta’ gwerra, u enfasizza li dan hu att inuman u gravi, u hu kontra d-dinjità tal-bniedem.
Dan qalu fil-konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Agrikultura u l-Ikel, u ħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex taħdem għall-elminiazzjoni tal-ġuħ bi priorità fuq il-produzzjoni tal-armi. Il-messaġġ tal-Papa kien ċar, dwar it-tbatija tan-nies ċivili f’Gaza u f’naħat oħra fejn hemm konflitt, fejn qed jużaw il-ġuħ bħala tattika ta’ gwerra.
