‘Partners’ ma’ Alla. Kitba ta’ P, Juan De Bono ocd

Qis mitt darba u aqta’ darba.

Alla mhux biss ħalaq kollox sewwa, imma Alla ħalaq l-Univers kollu (li aħna lanqas biss nafu min fejn jibda u fejn jispiċċa) għal bniedem.

B’danakollu, Luċifru, li kien maħluq minn Alla biex ‘idawwal’ bid-dawl li ħalqu bih Alla (għalhekk ismu huwa proprju Luċifru) lil Alla nnifsu, xtaq li b’dak id-dawl naraw lilu u mhux lil Alla.

Alla xtaqna li meta aħna naraw lil Alla fil-Majesta’ tiegħU, aħna narfgħuH, inħobbuH u nservuH aħjar.

Luċifru ma felaħx li l-attenzjoni tagħna ddur fuq Alla, u mhux fuqu.

Ohhhh kemm hi kerha s-suppervja!!!!!!

Ohhhh kemm hu iblaħ dak ir-reflecter ċkejken li jkun tqiegħed fuq pittura tal-kwadru tal-Mona Lisa, jew fuq il-pittura tal-Qtugħ ir-ras ta’ San Ġwann Battista (li nsibu fl-Oratorju ta’ San Ġwann) meta dak ir-reflector jibda jippretendi li min jidħol flok joqgħod jammira dawn il-Kapolavuri tal-arti, joqgħodu jikkontemplaw ir-reflector nnifsu li jkun tqiegħed biex idawwal il-pittura!!!!

U Luċifru hekk ippretenda li aħna nagħmlu.

Għalhekk fl-astuzja (fil-ħażen) tiegħu fassal pjan biex bih idaħħal lil bniedem fl-ixkora.

Beda jistudja x’kien jonqsu l-bniedem biex tassew jkun jista’ jgħid li għandu kollox, u wara ħafna tidwir tal-moħħ intebaħ li l-bniedem kellu KOLLOX imma li at the end of the day huwa ġie maħluq minn Alla, u allura ntebaħ Luċifru li l-bniedem (bħalu) mhux Alla.

Wowwwwwwwwwww Luċifru issa ntebaħ li seta’ joffri lil bniedem nassa li wara li jiblagħha il-bniedem kien se jsir ‘Alla’. Nassa pjuttost li tħajrek hux?

Iva qal Luċifru, ħa nfesfislu f’widnejn il-bniedem li Alla pprojbixxilu biex jiekol minn dik is-siġra tan-nofs għax jekk jiekol minnha l-bniedem kien se jsir bħal Alla.

Luċifru u sħabu jiġu deskritti minn Ġesu’ bħala ‘giddieba u qattiela sa mil-bidu’, u tassew hekk huma.

Jigdbulek biex jirnexxilhom idaħluk ġo xkora, u ma jkunux kuntenti qabel ma jarawk li wara li tiddispra (għax issib li dak li wiegħduk li se ssib fil-kaxxa, meta int ftaħt dik il-kaxxa sibt biss duħhan li tar mar-riħ. U malli tintebaħ li kienet mimlija duħħan, int tispiċċa għax tiddispra, tasal li tneħħi ħajtek b’idejk bħalma għamel Ġuda.

Imma mhux għalhekk bil-Malti ngħidu: ‘Lil min tafu ssaqsix għalih’.

Alla tana l-eżistenza u tana l-ħajja ta’ dejjem.

L-istess għamel ma’ Luċifru u l-Anġli l-oħra, imma they couldn’t stand it li kienu maħluqa minn Alla, u meta mqablin ma’ Alla, huma kien ukoll ħolqien ta’ Alla.

U llum Luċifru jkompli juża l-istess tattika li dejjem uża.

‘X’jiġifieri trid toqgħod timxi ma’ dawn l-għaxar kmandamenti li npona fuqek Alla?

Int jekk issegwi disgħa jew tmienja ma jkunx tajjeb u biżżejjed ?

U ajma dan x’Alla kollu Mħabba hu. Dan tirann u power freak fuq il-bniedem.

U ħallina minna, għamel int dak li tħoss li jaqbel lilek, u ħallik minn dak li għallem Ġesu’ jew li tgħallem il-Knisja. Jekk trid il-Knisja timxi hi mal-kmandamenti, imma aħna soċjeta’ ‘lajka’ u l-liġijiet nagħmluhom aħna. Mhux aħna rridu ngħixuhom at the end of the day ?

U ħallik mill-oħrajn, int aħseb għar rasek. Life is now, u ħallik minn ħajja oħra wara din. Issa qegħdin ngħixu u mhux wara li mmutu!!!!

Ġesu’ jibqa’ jwasslilna l-Kelma tal-Missier li jekk nimxu magħha vera li m’aħniex se nsiru allat (ix-xitan jigdeb billi jgħid nofs verita’), imma li se twassalna biex eventwalment tagħmilna ‘partners’ ta’ Alla, tagħtina s-sehem tagħna mil-Profitti tal-għaqda mat-Tliet Persuni Divini, bla ma ttina imma l-hassle u r-responsabilita’ li fiha li tkun Alla.

X’irridu aktar minn hekk?

Sehem mil-profitti, imma bla trouble jew rskju xejn għalina.

Tġħiduli imma along the way trid terfa’ s-salib kulljum u trid tgħaddi mit-triq id-dejqa.

Ahhhhhhh dażgur, imma dik it-triq nafu fejn twassal, bħalma nafu wkoll fejn twassal it-triq il-wiesgħa. U allura mhux aħjar timxi fi triq li nafu fejn se teħodna, milli f’waħda li se twassalna f’tarf ta’ rdum bi blat kollu maqsum li jista’ jinqasam minn mument għal ieħor taħt riġlejk.

Jiena ma nafx kif nissugraw b’daqshekk bl-aktar ħaġa prezzjuża li għandna, RUĦNA.

Emmnuni, jiena ma nafx kif nirraġunaw kultant !!!

L-aħwa IS-SALVAZJONI TA’ RUĦNA HIJA L-UNIKA RAĠUNI TAL-EŻISTENZA TAGĦNA FUQ DIN L-ART, u min Alla ħares jintilef se jkun qiegħed jitlef kollox u jisħet is-siegħa u l-mument li qatt tnissel.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading