Talb tal-interċessjoni fil-21 Ħadd matul is-sena Ċ.

V … Il-Missier iżomm kelmtu u jħenn lejn kull min jersaq lejh. Imqanqlin miċ-ċertezza li jisma’ u jagħti kas min jitolbu, ejjew inressqu quddiemu l-ħtiġijiet tagħna.

1. Kun mal-Knisja tiegħek hija u tfakkarna biex nilqgħu l-istedina ta’ Ibnek u nfittxu li ngħaddi mill-bieb id-dejjaq. Nitolbu

2. Kun mas-setgħanin tal-art biex jagħrfu jagħżlu dejjem dak li hu sewwa u li jixraq quddiemek. Nitolbu

3. Kun ma’ dawk il-bnedmin li għaddejjin minn żminijiet diffiċli minħabba gwerer jew diżastri naturali. Nitolbu

4. Kun magħna lkoll biex nemmnu iżjed li dak li nagħmlu mal-proxxmu tagħna inkunu qed nagħmluh ma’ Ibnek. Nitolbu

V … Missier, aħna qegħdin nippruvaw nimxu fid-dawl tal-ħarsa tiegħek. Agħtina dejjem il-ferħ ta’ min iġarrab il-ħniena u l-imħabba tiegħek. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading