L-ISQOF ANTON TEUMA SE JŻUR L-Awstralja
L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma se jagħmel żjara lill-komunitajiet Għawdxin u Maltin fl-Awstralja. Hu se jżur kemm Sydney u kemm Melbourne bejn is-27 ta’ Settembru u t-8 ta’ Ottubru 2025.
Dawn huma l-appuntamenti prinċipali taż-żjara tiegħu:
Sydney
- Nhar il-Ħadd 28 ta’ Settembru, fis-2.00pm (ħin lokali), flimkien mal-Isqof tal-post hu se jiċċelebra l-Quddiesa tal-Festa fil-Knisja ta’ Sidtna Marija Sultana tal-Paċi fi Greystanes, li fiha se tiġi inkurunata l-istatwa tal-Madonna.
- L-għada, it-Tnejn 29, fid-9.15am hu ser imexxi quddiesa fl-istess knisja, waqt li fil-11.00am, fil-George Preca Centre, hu se jiltaqa’ ma’ diversi Assoċjazzjonijiet Maltin f’Sydney.
- Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Ottubru, l-Isqof se jiltaqa’ uffiċjalment mal-komunitajiet Għawdxin u Maltin residenti f’Sydney. Fid-9.15am se jiċċelebra quddiesa fil-Knisja ta’ Sidtna Marija Sultana tal-Paċi, u mbagħad ikompli jsellem lin-nies fil-George Preca Centre.
- Il-Ħamis 2, fl-10.00am huwa se jiċċelebra l-quddiesa fil-La Vallette Social Centre, u wara jkompli jsellem lill-Maltin u Għawdxin preżenti.
Melbourne
- It-tieni parti taż-żjara, f’Melbourne, tiftaħ b’waqfa f’Bacchus Marsh fejn is-Sibt 4 ta’ Ottubru, fis-2.00pm, l-Isqof se jiċċelebra quddiesa fil-Knisja tal-Madonna Ta’ Pinu. Filgħaxija, fis-6.00pm jiċċelebra quddiesa oħra fil-Maltese Cultural Centre.
- Il-Ħadd 5, fit-8.00am l-Isqof se jmexxi quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl f’Kealba.
- L-aħħar appuntament taż-żjara tal-Isqof Anton Teuma fl-Awstralja se jkun it-Tlieta 7 ta’ Ottubru, fejn fid-9.15am huwa se jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tar-Rużarju fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Bernardina, f’Sunshine North.