Biex inħajru lit-tfal għall-Quddiesa. Il-25 Ħadd matul is-sena (Sena Ċ)

Dan il-poster nagħmluh biex infakkru dwar il-QUDDIESA TAL-ĦADD. Xejn m’għandu jtellifna milli nieħdu sehem fil-Quddiesa f’kull weekend. Il-ġenituri jridu jgħinu dwar dan, speċjalment bl-attendenza tagħhom fil-Quddiesa.

Fil-parabbola tal-qaddej li moħħu jilħaqlu, Ġesù jgħid li s-sinjur faħħar lill-iskrivan tiegħu, mhux għall-ħażin li għamel, imma għall-intelliġenza tiegħu. Biex inħobbu iktar lil Alla, biex nagħmlu dak li jixtieq minna, biex inħobbu lill-oħrajn, Ġesù jistedinna nkunu intelliġenti, li nħaddmu l-immaġinazzjoni tagħna, li jkollna ideat ġodda. Inti timmaġina, biex tħobb lil Alla u lill-oħrajn? X’qed tagħmel biex timxi wara Ġesù? Jiġuk xi ideat?

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading