Solennità tal-Qaddisin Kollha
IL-PAPA LJUN XIV
ANGELUS
Pjazza San Pietru
Is-Sibt, 1 ta’ Novembru, 2025
Għeżież ħuti!
Nixtieq insellem lilkom ilkoll li ħadtu sehem f’diċ-ċelebrazzjoni solenni, partikolarment il-Kardinali, l-Isqfijiet u l-Awtoritajiet distinti.
Hu pjaċir kbir tiegħi nilqa’ lid-Delegazzjoni uffiċjali tal-Knisja Anglikana mmexxija mill-E.T. Stephen Cottrell, Arċisqof ta’ York.
Wara l-laqgħa ta’ talb storika mal-Maestà Tiegħu ir-Re Karlu III, li ċċelebrajna ftit jiem ilu fil-Kappella Sistina, il-preżenza tagħkom illum tesprimi l-ferħ komuni tagħna għall-proklamazzjoni ta’ San John Henry Newman bħala Duttur tal-Knisja. Mis-sema hu jakkumpanja l-mixja tal-insara lejn l-għaqda sħiħa.
Insellem lill-pellegrini preżenti, speċjalment liż-żgħażagħ li għamlu “l-Ġirja tal-Qaddisin”, imnedija mill-Missjoni Don Bosco, li tghaqqad flimkien l-isports u s-solidarjetà mat-tfal l-aktar żvantaġġjanti.
Ħuti, il-misteru tax-xirka tal-qaddisin, li llum qed jimlielna l-pulmuni b’ħafna arja friska, jfakkarna liema hu d-destin aħħari tal-umanità: festa kbira li fiha ssib l-hena fi ħdan l-imħabba ta’ Alla, li hu preżenti f’kollox u f’kulħadd u jagħraf u jammira s-sbuħija tal-uċuħ, kollha differenti u kollha xbieha tal-Wiċċ ta’ Kristu. Aħna u nduqu din ir-realtà futura nħossu b’qawwa akbar u b’niket il-kuntrast mad-drammi li qed issofri l-familja umana minħabba l-inġustizzji u l-gwerer. U aktar u aktar hu dmir sagrosant tagħna li nkunu bennejja tal-fraterntà.
Inqiegħdu t-talb tagħna u l-impenn tagħna fl-interċessjoni tal-Verġni Marija u tal-Qaddisin kollha!
Miġjub għall-Malti minn Joe Huber