L-agressjoni tal-ħażin ma tistax tħassar it-tama ta’ min jafda f’Ġesù

Daniel Borg dwar il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV waqt l-Angelus tat-33 Ħadd

Illum jista’ jidher Vanġelu ta’ distruzzjoni, imma r-realta’ huwa sejħa għat-tama. Minkejja dak kollu li jiġri Ġesu’ ħa jagħtina l-għajnuna kollha meħtieġa biex inxandruH! U l-Papa fl-Angelus illum jgħidilna li minkejja dak kollu li naraw madwarna, l-aggressjoni tal-ħażin ma tistax tħassar it-tama ta’ min jafda f’Ġesu’. U l-Papa jgħidilna li iktar mas-siegħa tkun mudlama bħal-lejl, iktar il-fidi tiddi bħax-xemx.

Ġesu llum fil-Vanġelu jitkellem mill-persekuzzjoni ta’ dawk li jimxu warajH. Ġesu’ stess wriena l-imħabba kollha tiegħU fuq is-salib. Il-Papa jgħidilna li l-persekuzzjoni tal-insara ma tiġrix biss bl-armi jew bil-vjolenza, imma anke bil-kliem, bil-gideb, u b’dik l-ideoloġija li nsibu madwarna u li tiġi mbiddla biex tgħawweġ il-verita’. U meta nkunu mgħaffġa minn dawn l-affarijiet, bħala nsara aħna msejħin li nagħtu xhieda tal-verita’ li ssalva lid-dinja, tal-ġustizzja li ssalvana mill-oppressjoni, u tat-tama li turina t-triq tal-paċi. Il-martri stess juruna li l-grazzja ta’ Alla kapaċi tbiddel il-vjolenza f’sinjal ta’ fidwa!

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0HN3gbyAEuMSL2qVSjcGj6NodLJveYftmEPfSjTDPtbtcn4GmMbKpRBBLfCtz97Z5l

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading