Novena tal-Milied – Adolexxenti u Żgħażagħ. Mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, Għawdex
F’dawn id-disat ijiem tan-novena, aħna mistiedna nippreparaw il-maxtura ta’ qalbna biex fiha jitwieled Ġesù. Mhux se nħejju ruħna biss b’affarijiet sbieħ jew perfetti, imma b’dak kollu li jifforma lilna. Kuljum inpoġġu biċċa “tiben” fil-maxtura, simbolu ta’ dak li noffru lil Ġesù. Hekk, pass pass, inħallu lill-qalb tagħna ssir il-post fejn il-Mulej jista’ jgħammar tassew.
