L-Antifoni ‘O’

Minn Joe Galea

Il-Knisja Kattolika ilha tkanta l-Antifoni “O” mill-inqas mit-tmien seklu. Huma l-antifoni li jakkumpanjaw l-Għanja tal-‘Magnificat’ fil-Vespri mis-17 sat-23 ta’ Diċembru. Fihom teoloġija mill-isbaħ li tuża xbihat antiki Bibliċi meħuda mit-tamiet Messjaniċi tat-Testment il-Qadim biex iħabbru li Kristu ġej bħala t-twettiq mhux biss tat-tamiet tat-Testment il-Qadim, iżda wkoll tat-tamiet tal-lum. L-użu ripetut fihom tal-istedina “Ejja!” jinkorpora x-xewqa ta’ kulħadd għad-Divin Messija.

Niżżel il-file kollu (PDF) …

17 ta’ Diċembru

O Għerf ta’ Alla tagħna l-Aktar Għoli,
li tmexxi l-ħolqien bil-qawwa u l-imħabba:
ejja biex tgħallimna t-triq tal-għarfien!

18 ta’ Diċembru

O Mexxej tad-Dar ta’ Iżrael,
li tajt l-Liġi lil Mosè fuq is-Sinaj:
ejja biex issalvana bil-qawwa kbira tiegħek!

19 ta’ Diċembru

O għerq taz-zokk ta’ Ġesse,
sinjal tal-imħabba ta’ Alla għall-poplu kollu tiegħu:
ejja biex bla dewmien issalvana!

20 ta’ Diċembru

O Ċavetta ta’ David,
li tiftaħ il-bibien tas-Saltna eterna t’Alla:
ejja u eħles lill-priġunieri tad-dlam!

21 ta’ Diċembru

O Dawl jiddi, splendur ta’ dawl ta’ dejjem, xemx tal-ġustizzja:ejja u iddi fuq dawk li jgħammru fid-dlam u fil-dell tal-mewt.

22 ta’ Diċembru

O Sultan tal-ġnus kollha u blata ewlenija tal-Knisja:
ejja u salva l-bniedem, li inti sawwart mit-trab tal-art!

23 ta’ Diċembru

O Emmanuel, Sultan tagħna, Inti li tajt l-Liġi:
ejja ħalli ssalvana, Mulej Alla tagħna!

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading