Daniel Borg dwar l-messaġġ ta-Papa Ljun XIV fis-Solennità ta’ Marija Omm Alla

Daniel Borg jikteb dwar il-messaġġ tal-Papa waqt l-Angelus

Illum fil-festa ta’ Marija Omm Alla, fl-Angelus il-Papa jgħidilna li ma nistgħux nidħlu għal dan is-sena ġdida jekk ma jkollniex fina dik ix-xewqa ta’ tiġdid, paċi u ħbiberija, u xewqa għat-tajjeb. Inkella nkunu sempliċement qed ngħaddu ż-żmien u nqallbu paġna oħra fil-kalendarju.

Il-Papa jgħid li l-Ġublew li għadu kif spiċċa jgħallimna nrawmu fina t-tama għal dinja aħjar, hekk kif qalbna tikkonverti għal Alla, biex nibdlu t-tort f’maħfra, id-dwejjaq f’konsolazzjoni u dawk li huma biss xewqat li nkunu bnedmin aħjar f’azzjonijiet konkreti ta’ tjubija. Hekk Ġesu’ jidħol verament fl-istorja tagħna. U għalhekk il-festa tal-lum li qegħda fi żmien il-Milied iddawwar il-ħarsa tagħna lejn Marija li kienet l-ewwel waħda li ħasset tħabbat il-qalb ta’ Kristu fis-silenzju ta’ ġufha. Minn dejjem Alla jaf il-qalb tagħna u l-qalb ta’ Marija. U hekk il-qalb ta’ Ġesu’ tħabbat għal kulħadd, kemm għal min lest li jilqgħuh bħar-rgħajja u anke għal dawk li ma jriduhx bħal Erodi. Il-qalb ta’ Kristu tħabbat għall-ġusti biex ikompli jipperseveraw fil-mixja tagħhom ta’ fidi, filwaqt li tħabbat għal dawk li huma inġusti biex jibdlu ħajjithom u jsibu l-paċi. Għalhekk il-Papa jistedinna biex f’din il-ġurnata nitolbu għall-paċi, kemm għall-paċi bejn in-nazzjonijiet imma wkoll għall-paċi fi djarna speċjalment fil-familji imġarrbin mill-vjolenza u n-niket. F’dan il-jum iktar minn qatt qabel nagħrfu li Krisu huwa x-xema tat-tama u l-ġustizzja li ma tintefa’ qatt!

Tista’ taraw wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02s7E7MLXQqVKQ41XTrUFT2sV4LRpGEhzQ6kbNMgVWrDJ5JLRP8pzALENiNvKXd9wcl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading