V… Missier tas-sema u l-art, fl-Evanġelju tal-lum int sejjaħtilna biex inkunu l-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja. Għalhekk nitolbuk tismagħna.
1. Mulej, kun mal-Knisja tiegħek fil-mixja tagħha fid-dinja biex dejjem tkun xhieda ħajja tal-għemejjel tiegħek. Nitolbu
2. Mulej, agħti l-għerf u d-dehen lill-mexxejja tan-nazzjonijiet biex dejjem ikunu ta’ dawl għall-popli kollha. Nitolbu
3. Mulej, ieqaf mal-missjunarji li telqu pajjiżhom biex ikun melħ tal-art ħalli l-ħidma tagħhom tħalli l-frott mixtieq. Nitolbu
4. Mulej, nitolbuk għalina lkoll li nġbarna fid-dar tiegħek biex dejjem nagħrfu iżjed ir-responsabbiltà li nkunu dawl għal ħutna. Nitolbu
V… Filwaqt li nfaħħruk Missier Qaddis, nitolbuk biex tkun magħna matul din il-ġimgħa ġdida li aħna qegħdin nibdew. Bi Kristu Sidna.