Id-dija tat-trasfigurazzjoni tantiċipa d-dawl tal-Għid

Daniel Borg dwar il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV waqt l-Angelus

Il-Vanġelu tal-lum jippreżentalna t-trasfigurazzjoni tal-Mulej (Mt 17,1-9), fejn Ġesu’ jitbiddel kompletament u jidher ma’ Mose’ u Elija quddiem l-appostli tiegħu.

Il-Papa fl-Angelus jgħidilna li d-dija tat-trasfigurazzjoni tantiċipa d-dawl tal-Għid, avveniment ta’ mewt u qawmien, ta’ dlam u dawl ġdid li Kristu jitfa’ fuq l-iġsma flaġellati mill-vjolenza, l-iġsma imsallba mit-tbatija, u l-iġsma abbandunati mill-miżerja. Ir-Redentur jittrasfigura l-pjagi tal-istorja u jdawwlilna moħħna u qalbna. Kapaċi nagħrfuh? U dawn il-pjagi llum jinħassu tassew hekk kif il-kunflitti u l-gwerer madwar id-dinja qed jiżdiedu. Il-Papa ma setax ma jagħmilx appell biex anke fl-Iran tinstab it-triq tad-djalogu u l-paċi.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid032rRRsFXro3AXMJ7gxFFmp2UuSUa22Sa1UJ4V3ZEArHBK4V1e1qHnec6yx6taBHNal

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading