Tama kontra kull tama. Minn Patri Juan

Il-bieraħ innutajt din il-fjura ċkejkna li ħarġet u wardet minn xaqq ċkejken li kien hemm fil-bankina.

U meta rajt dik il-fjura bnejt kuraġġ ta’ ljun, għax innotajt li xitla tista’ tinbet, toħroġ u twarrad anki minn xaqq ċkejken.

Tagħmel kuraġġ għax anki jekk meta ndawru l-ħarsa tagħna madwarna ma narawx ħlief karrozzi, cranijiet, bini dejjem għola u flus li dawn jiġġeneraw, imma se jasal żmien, u ma naħsibx li hu fil-bogħod, meta minn dak il-konkrit li jidher bla xquq naraw il-ward ħiereġ.

Kemm għandu ħabta d-demonju jiżra fina l-biża, u kemm hi f’postha l-istedina ta’ Ġesu’: ‘la tibżgħux’. Sakemm Pietru kellu fidi fil-kelma ta’ Ġesu’ huwa mexa fuq l-ilma.

U Ġesu’ qalilna wkoll li hu se jibqa’ magħna sal-aħħar taż-żmien.

Huwa int se tibża meta jkun daħal miegħek f’partnership il-Ħallieq ta’ kollox u ta’ kulħadd, u li xejn ma jgħix mingħajrU.

U leeeeee, il-gwerrer jintemmu, u l-paċi twarrad anki jekk dak li nkunu bnejna aħna jkun biss barrieri, fruntieri, konkos u bini għoli.

Niftakru li fi Franza biss aktar minn 20,000 żagħzugħ u żagħżugħa bejn it-18 u l-25 sena qegħdin iħejju rwieħhom biex jirċievu l-magħmudija waqt il-Velja tal-Għid.

Kemm hija f’waqqitha r-rakkomandazjoni ta’ Santa Eliżabetta tat-Trinita’ lil oħtha: “hu meħtieġ li tħassar il-kelma ‘qtiegħ il-qalb’ mil-vokabulajru tiegħek tal-imħabba” (Ittra 298)

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading