It-Tnejn 25 ta’ Mejju 2026: Illum kienet ppublika l-ewwel enċiklika ta’ Papa Ljun XIV, bl-isem Magnifica Humanitas – Umanità tal-Għaġeb li tiffoka prinċipalment fuq l-intelliġenza artifiċjali (AI), id-dinjità tal-bniedem, il-gwerra moderna, u l-ġustizzja soċjali.
Kopja tal-Enċiklika Bl-Ingliż …
Kopja tal-Enċiklika bit-Taljan …

Il-Papa jgħid li l-umanità qed tidħol f’rivoluzzjoni ġdid, li tibaħ ħafna lir-Rivoluzzjoni Industrijali tas-seklu dsatax, imma din id-darba mmexxija mill-Intelliġenza Artifiċjali u t-teknoloġija diġitali. Huwa jwissi li t-teknoloġija trid tibqa’ taħt il-kontroll etiku tal-bniedem.
Kontroll fuq l-AI: Il-Papa talab għal regolamentazzjoni internazzjonali b’saħħitha fuq l-AI, speċjalment fuq armi awtonomi u dawk is-sistemi li jistgħu jieħdu deċiżjonijiet mingħajr kontroll uman.
Id-dinjità tal-bniedem: Ljun XIV jikteb ukoll li l-bniedem qatt m’għandu jsir “prodott” jew “data”. Huwa jikkritika sistemi ekonomiċi li jużaw it-teknoloġija biex jikkontrollaw jew tjimmanipulaw lin-nies.
Impjiegi u awtomazzjoni: Il-Papa wissa wkoll li l-użu tal-AI bla kontroll jista’ jtellef ħafna xogħol u joħloq tbatijiet soċjali jekk il-profitt jitqiegħed qabel il-persuna.
Forom ġodda ta’ skjavitù: Huwa qabbel ċerti aspetti tal-ekonomija diġitali ma’ skjavitù modern. Fl-istess dokument għamel ukoll apoloġija storika għad-dewmien tal-Knisja biex tikkundanna l-iskjavitù fil-passat.
Kritika lejn il-konċentrazzjoni tal-poter teknoloġiku: Il-Papa Ljun XIV esprima tħassib serju dwar dawk il-kumpaniji kbar tat-teknoloġija li għandhom wisq poter fuq l-informazzjoni u fuq is-soċjetà.
Din l-enċiklika hija importanti ħafna, mhux biss għaliex hija hi l-ewwel waħda tal-pontifikat ta’ dan il-Papa, iżda wkoll għaliex bosta qed iqabbluha mar-Rerum Novarum tal-Papa Ljun XIII, li kienet indirizzat il-problemi soċjali ta’ żmien ir-Rivoluzzjoni Industrijali. Fil-fatt, Ljun XIV iffirmaha apposta fil-15 ta’ Mejju li kien il-135 anniversarju ta’ Rerum Novarum.