Lourdes: il-post tat-talb u t-tama (6)

Kitba ta’ Michael Caruana

Ikkonfermata ż-żjara tal-Papa f’Lourdes

Il-Vatikan ikkonferma ż-żjara appostolika tal-Papa Ljun XIV fi Franza. Se tkun bejn il-25 u t-28 ta’ Settembru li ġej. L-aħħar Papa li żar Franza kien Benedittu XVI fl-2008. Din iż-żjara qed issir wara l-istediniet li sarulu mill-Kap tal-Istat, l-awtoritajiet ekkleżjastiċi u mid-Direttur Ġenerali tal-UNESCO. Fil-fatt, kemm idum Pariġi l-Papa se jżur il-kwartier ġenerali tal-UNESCO.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron iltaqa’ l-ewwel darba mal-Papa Ljun f’April li għadda. Din ma kenitx l-ewwel udjenza privata tal-President Franċiż ma’ Papa għax mill-elezzjoni tiegħu fl-2017, Macron iltaqa’ mal-Papa Franġisku fl-2018, fl-2021 u fl-2022. Il-President Macron u l-Papa Franġisku ltaqgħu wkoll f’Marsilja fl-2023 u f’Borgo Egnazia u f’Ajaccio fl-2024.

Il-Papa Ljun se jkun Lourdes fis-27 ta’ Settembru.

Il-ktieb ‘Pass, Pass f’Lourdes’ mitbugħ kollu

It-tlett edizzjonijiet tal-ktieb tiegħi Pass, Pass f’Lourdes u fil-madwar…ġabra ta’ tagħrif u esperjenzi nbiegħ kollu kemm mil-librerija tas-Santwarju ta’ Lourdes kif ukoll mill-ħwienet Emmaus Birkirkara, il-Belt u minn Victoria Għawdex  u mill-Librerija Preca l-Marsa. L-aħħar kopji mill-librerija ta’ Lourdes inbiegħu f’April li għadda u dawk mill-ħwienet Emmaus inbiegħu kmieni dan ix-xahar.

Dan kien l-ewwel ktieb bil-lingwa Maltija li nbiegħ mil-librerija tas-Santwarju ta’ Lourdes.

Mhux biss, iżda ċ-Ċentru Informazzjoni tal-istess Santwarju kien tani l-permess li nittraduċi t-talba Att ta’ fiduċja f’Marija bil-Malti u nistampha fuq santa (darba nġib il-permess meħtieġ mill-Kurja f’Malta). Dan sar fl-2023 u mis-sena ta’ wara l-istess santa bil-Malti bdiet titqassam ukoll ma’ santi bis-sitt lingwi tas-Santwarju miċ-Ċentru Informazzjoni. Din kienet l-ewwel darba wkoll li tqassmu santi bil-Malti.

Santi bil-Malti

Hu pjaċir inħabbar li din is-sena s-Santwarju stess stampa l-istess talba bil-Malti flimkien ma’ żewġ santi oħra b’talbiet differenti li qed jitqassmu miċ-Ċentru Informazzjoni lill-Maltin li jkunu Lourdes.    

Għinuni ngħin lil ħaddiehor

Fir-rubrika tiegħi ta’ April għamiltkom appell biex tgħinuni ngħin omm b’żewġt itfal li għaddejjin minn trawma kif ukoll omm ta’ żagħżugħ li għandu bżonn ħafna healing. S’issa ġbart is-somma ta’ 1,400 ewro. Għadni lura għax b’kollox għandi bżonn madwar 4,500 ewro li jinkludu t-titjira għal Lourdes u lura, it-transferimdenti mill-ajruport għal lukanda u lura u l-akkomodazzjoni full-board u t-taxxi. M’iniex ninkludi l-assigurazzjoni u l-eskurzjonijiet.

Britannia Services Limited, l-aġenzija li magħha qed norganizza l-grupp li miegħu dawn se jitilgħu Lourdes kif ukoll is-sid tal-lukanda Christina fejn se noqogħdu qed jagħtuni, rispettivament, it-titjira u l-akkomodazzjoni full board tal-omm u ż-żewġ uliedha b’xejn. Dan qed jagħmilha possibbli li ntella’ ukoll liż-żagħżugħ b’xejn. Ommu lesta tħallas sehmha. Importanti saħħet binha. 

Dan hu l-aħħar appell tiegħi lilkom. Kull qatra tgħodd. Ċempluli fuq 79233264. Grazzi.

Semgħu l-appell tiegħi s’issa Josephine Tanti Agius, Marsaxlokk €30; Luke Grech, Ħal Tarxiex €10; Alfred Attard, Rabat €10; Charles Yousif, St Venera €50; Josephine Cachia, Victoria Għawdex €100; Joseph Camilleri, San Ġwann €100; Emmanuela Duers, Sliema €20; Joseph Zahra, St Venera €25; Rinaldo D’Alessandro, Ħamrun €100; Carmen Saliba, L-Isla €50; Guido Saliba, G’Manġa €20; Manuel & Doris Seguna, Gudja €50; Josette Zerafa, St Venera €30; Marisa Debono, Ħal Safi €20; Joseph Spiteri €50; Pauline Camilleri €10; Sandra Sharples, Birkirkara €10; Eugenio Sciortino, Birkirkara €20; Joseph Rapinett, Santa Venera €100; Joe M. Attard, Victoria Għawdex €20; Bernardette Azzopardi, L-Iklin €20; Daniel & Jacqueline Caruana €50; Tonio Pulis, G’Manġa €50; May Ciantar, Ħaż-Żebbuġ €100; Maria Dolores Vella, Qormi €100; Carmen Spiteri, Qrendi €20; Catherine Magro, San Pawl il-Baħar €50; Sandra Sharples, Birkirkara €15; Francis Xuereb, Qormi €50; Joseph Vella, Birkirkara €50; Silvana Testa, San Pawl il-Baħar €20 u Louis Galea, is-Siġġiewi €50. 

PHOTO CAPTION

Is-Santi bil-Malti li stampa din is-sena u li qed iqassam ċ-Ċentru Informazzjoni tas-Santwarju ta’ Lourdes

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading