Talb tal-interċessjoni. It-12-il Ħadd matul is-Sena

V… Mulej, inti dejjem tagħmlilna kuraġġ biex ngħixu dejjem ħajja li togħġbok u li tkun ta’ ġid għal ħutna l-bnedmin. B’din il-fiduċja tagħna fik, nitolbuk tisma’ t-talbiet tagħna.

1. Nitolbuk Mulej għall-Knisja tiegħek biex tkun familja ta’ mħabba u ta’ verità. Nitolbu

2. Nitolbuk Mulej, għal dawk li għandhom is-servizz tat-tmexxija tal-popli biex dejjem jagħrfu l-volontà tiegħek u jwettquha. Nitolbu

3. Nitolbuk Mulej, għal dawk kollha li qegħdin ibatu minħabba t-twemmin Nisrani tagħhom biex inti tipproteġihom u tagħtihom il-perseveranza ħa jkomplu jaqduk permezz tax-xhieda tagħhom. Nitolbu

4. Nitolbuk Mulej, għalina lkoll miġburin flimkien biex tgħinna ngħixu dak li għallimna Ibnek matul dak kollu li sa ngħaddu minnu matul il-ġimgħa li ġejja fuqna. Nitolbu

V… Inroddulek ħajr Mulej, għal dak kollu li tipprovdilna filwaqt li nitolbuk biex tberikna sabiex dak kollu li se ngħidu u nagħmlu, ikun kollu għall-glorja tiegħek. Bi Kristu Sidna

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading