Fl-1922, Papa Piju XI waqqaf l-Assoċjazzjoni għall-Propagazzjoni tal-Fidi (APF), is-soċjetà uffiċjali għall-ġbir ta’ fondi fil-Knisja Kattolika kollha għall-missjonijiet.
Fl-14 t’April 1926, Papa Piju XI ta l-approvazzjoni tiegħu għat-talba mill-APF, li f’assemblea plenarja fformulat xewqa, biex titlob lill-Papa jwaqqaf ‘ġurnata ta’ talb u propaganda għall-missjonijiet f’ġurnata partikolari f’kull djoċesi, parroċċa u istitut Kattoliku mad-dinja kollha’. Ir-raġunijiet għal din ix-xewqa kienu ċari ħafna: “Il-ġurnata sservi għal aktar rieda biex jikber ix-xogħol missjunarju, u ż-żelu fost il-kleru u l-poplu; joffri opportunità biex l-APF issir aktar magħrufa u biex jinkoraġġixxu donazzjonijiet għall-missjoni.” L-APF illum uffiċjalment tissejjaħ: Opri Missjunarji Pontifiċji u b’mod aktar popolari Missio.
Għal dan l-ewwel ċentinarju, Papa Ljun XIV għażel it-tema: ‘Ħaġa waħda fi Kristu, magħqudin f’Missjoni’. Din it-tema hija ċentrali ħafna meta nikkunsidraw li Ġesù, qabel ma mar għall-passjoni u waqqaf l-Ewkaristija, talab lill-Missier: “Li jkunu lkoll ħaġa waħda bħalma int u jiena ħaġa waħda, ħalli d-dinja temmen.”
Fl-1 ta’ Ġunju 2026, meta tkellem fuq dan is-suġġett qal: “Grazzi għall-fondi li jinġabru fil-Jum Dinji Missjunarju, is-Soċjetà Pontifika tal-Propagazzjoni tal-Fidi hija kapaċi tipprovdi għajnuna neċessarja għal aktar minn 1,130 entità ekklesjastika li jiddependu mid-Dikasteru tal-Evanġelizzazzjoni, sezzjoni għall-ewwel Evanġelizzazzjoni u Knejjes partikolari ġodda sabiex tgħinhom ipoġġu l-ewwel infrastrutturi ġodda u jibdew b’diversi inizjattivi missjunarji.”
Ta’ min jgħid li, Papa Ljun huwa l-ewwel Papa li personalment għamel filmat bil-messaġġ għall-Jum Dinji Missjunarju. Ma ninsewx li l-Papa, hu stess, kien missjunarju fil-Perù.
Missio, l-organizzazzjoni tal-karità uffiċjali tal-Papa f’idejk!

