VJAĠĠ APOSTOLIKU FIL-VENEZUELA,
ECUADOR, PERÙ, TRINIDAD-TOBAGO
QUDDIESA GĦALL-ĦADDIEMA FI TRUJILLO
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Perù – It-Tnejn, 4 ta’ Frar 1985
Sinjur arċisqof,
għeżież ħuti;
“Fl-isem tal-Mulej Ġesù Kristu . . . ħdimna u tħabatna u batejna” (2 Ts 3, 6-8).
1. Dan il-kliem ta’ San Pawl, jistedinna lilna lkoll hawn preżenti, rappreżentanti tad-dinja tax-xogħol, bien ningħaqdu fl-ispirtu tal-Vanġelu u fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.
Inħoss ferħ kbir fli niltaqà hawn magħkom, f’din il-belt sabiħa ta’ Trujillo, centru – f’epoki pre-kolombjani – tal-kultura Chimú. It-traċċi tagħha tiltaqà magħhom kullimkien f’din il-belt monumentali ta’ tajn – Chan Chan – li rreżistiet l-azzjonijiet qerrieda taż-żmien u tal-elementi. Ferħ intimu u mimli emozzjoni, ukoll, li nippresiedi din l-Ewkaristija waqt li Trujillo qiegħda taħseb biex tiċċelebra l-450° anniversarju tal-fundazzjoni tagħha u. fl-istess ħin, tal-ewwel quddiesa li fl-istess data kienet iċċelebrata f’din il-belt. Insellem qabel kollox lir-ragħaj tad-dijoċesi ta’ Trujillo, l-isqfijiet ta’ Cajamarca, Huaraz, Chiclayo, Chimbote, Choyo, Chachapoyas, Huamachuca, Huari, Moyobamba u San Francesco Saverio.
Jiena partikolarment kuntent li ninsab fiżikament magħhkom ilkoll, li ġejtu s’hawn; u, fi spirtu, ma; dawk kollha minnkom li taħdmu f’kull parti tal-Pajjiż. Huwa għalikom, ulied il-Knisja preżenti fid-dinja tax-xogħol, li tmur f’din l-okkażjoni it-tislima ta’ mħabba tiegħi u l-fehim tiegħi. Lilkom li taħdmu fl-għelieqi, fil-minjieri, fil-barrieri, fis siderurġija, fl-industrija, fl-irħula u fl-ibliet, fil-koperattivi u fl-uffiċċji. Intom li tinsabu f’dan ir-reġjun tan-Nord u fil-Perù kollu. Ukoll lil ħuti imprendituri kollha u lill-ħaddiema intellettwali u manwali kollha, li jiffurmaw il-komunità l-kbira tax-xogħol.
B’mod speċjali ħafna nixtieq bi mħabba nsellem lis-settur importanti tas-sajjieda tal-Perù, li ripetutament stednuni, u li jien hekk vivament ridt inżur separatament biex nikkorrispondi għall-istedina kordjali tagħhom. Nixtieq nassigurakom, għeżież sajjieda, li bħala s-Suċċessur ta’ Pietru, patrun tagħkom. is-sajjied tal-Galilea, inħossni b’mod partikolari qrib tagħkom u tal-familji tagħkom. Kunu afu tiltaqgħu ma’ Alla fuq il-baħar, indirizzawlu ħajjitkom kollha.
2. Ġesù Kristu, il-bniedem tax-xogħol. It-test evanġeliku li għadna kemm smajna ikellimna dwar ix-xogħol uman, li għan-nisrani, isib l-ikbar ispirazzjoni u eżempju tiegħu fil-figura ta’ Kristu, il-bniedem tax-xogħol.
Qabel ma beda l-attività messjanika tiegħu, billi jxandar il-Vanġelu lill-ġnus kollha, ħadem għal tletin sena, fid-dar siekta ta’ Nażżaret, Sa minn l-ewwel żgħożija tiegħu, Ġesù tgħallem jaħdem, maġemb Ġużeppi, fil-ħanut tiegħu ta’ mastrudaxxa, u għal dan kienu jsejħulu “bin il-mastrudaxxa” (Mt 13, 55). Dan ix-xogħol tal-Iben ta’ Alla jikkostitwixxi l-Vanġelu ewlieni u fundamentali, il-Vanġelu tax-xogħol.. Wara, matul il-korsa tal-predikazzjoni apostolika tiegħu spiss jagħmel riferenza, speċjalment fil-parabboli tiegħu għad-diversi tipi ta’ xogħol uman.
Ġesù kien jippriedka b’mod speċjali s-saltna ta’ Alla. U, fl-istess ħin, id-destin finali tal-bniedem: l-għaqda ma’ Alla, Imma din il-prospettiva soprannaturali kienet tirrendi wkoll evidenti s-sinifikat profond tax-xogħol tal-bniedem:, ladarba dan ma jippartienix biss għall-ordni-ekonomiku u temporali tas-soċjetà umana, imma jerġa jidħol ukoll fl-ekonomija tas-salvazzjoni divina.
U għalkemm ix-xogħol ma jservix biss għas-salvazzjoni eterna, il-bniedem isalva wkoll bix-xogħol tiegħu. Dan huwa t-tagħlim tal-Vanġelu li l-Iskrittura Sagra tittrażmettilna ripetutament, kemm fit-testment il-Qadim kif ukoll fil-Ġdid.
3. Il-qari tallum, meħud minn San Mattew, fih din id-duttrina fil-parabbola tat-talenti, l-ewwel wieħed. Ħamsa; it-tieni, tnejn; it-tielet, wieħed. It-talent dak iż-żmien kien jirrapreżenta ċerta kwantita ta’ flus, wieħed jistà jgħid kapital: illum insejħulu prinċipalment ħila, attitudni għax-xogħol. L-ewwel u t-tieni mill-qaddejja irduppjaw dak li ngħataw. It-tielet, iżda, ħeba t-talent tiegħu u ma kabbarx il-valur.
F’dawn it-tliet każi qegħdin b’mod indirett nitkellmu dwar ix-xogħol.
Waqt li nitilqu mid-doti li l-bniedem jirċievi mill-Ħallieq permezz tal-ġenituri, kull wieħed u waħda minna jistà jwettaq fil-ħajja, b’furtuna maġġuri jew minuri, il-missjoni li Alla fdalu. Dejjem permezz tax-xogħol propju. Din hija t-triq ordinarja li twassal biex dak jew dik li tkun jirduppjaw il-valur tat-talenti ta’ kull wieħed u waħda. Bil-maqlub, billi nirrifjutaw ix-xogħol, jitlef valuru mhux biss “l-uniku talent” li dwaru titkellem il-parabbola, imma kwalunkwè entita ta’ talenti riċevuti.
Ġesù, b’din il-parabbola tat-talenti, jgħallimna, kemm inqas indirettament, li x-xogħol għandu sehem fl-ekonomija tas-salvazzjoni. Il-ġudizzju divin fuq l-eżistenza umana kollha u s-saltna ta’ Alla bħala premju, tiddependi fuq ix-xogħol. Bil-maqlub, “it-tberbiq tat-talenti jikkawża r-rifjut min-naħa ta’ Alla.
4. Id-duttrina ta’ San Pawl, It-test li smajna fl-ewwel qari, tal-ittra lit-Tessalonkin, tistà titqies bħala kumment apostoliku għall-parabbola ta’ Kristu. Huwa għallimna b’ħajtu u bi kliemu. L-Appostlu jwissi lil dawk kollha li ma jandmux, li jgħixu bl-addoċċ u f’aġitazzjoni kontinwa; kif għamel Ġesù ma’ dawk li jberbqu t-talenti tagħhom. Barra minn dan San Pawl jagħti lid-destinatarji tal-Ittra, it-Tessalonkin, eżempju ta’ xogħol personali, minbarra x-xogħol apostoliku nstankabbli, “biex ma nkun ta’ piż għal ħadd minnkom”. Din l-imġieba tal-appostlu hija ndikazzjoni, u għandha tkun kawża ta’ rimors, għal dawk li ma jaħdmux. Għal dan huwa jżid: “Jekk xiħadd ma jridx jaħdem, ma jiekolx”. U jordna u jħeġġeġ lil kulħadd, fil-Mulej Ġesù, biex “jaħdem fil-paċi biex jiekol ħobżu”.
5. Hekk it-tema u il-problema tax-xogħol jidhru bħala fundamentali sa mill-bidu stess tal-ħajja nisranija, Jikkostitwixxu kostanza tad-duttrina soċjali tal-Knisja, fiż-żminijiet kollha; partikolarment fl-aħħar seklu, li fih ix-xogħol tqiegħed fiċ-ċentru tal-hekk magħrufa “kustjoni soċjali”, u tal-problemi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-ordni soċjali ġust.
Din il-problema tippreżenta ruħha b’karatteristiċi ta gravità partikolari, u kultant saħansitra ta’ traġiċità, fl-art latinoamerikana. Il-Knisja, fil-persuna tar-rgħajja tagħha, immexxija mit-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II, setgħet tinnutah u tiddenunzjah b’mod adegwat, l-ewwel f’Medellin, u iktar riċenti, fi Puebla: “Fid-dawl tal-fidi huwa skandlu u kontradizjoni ma’ li tkun nisrani, id-differenza krexxenti bejn l-għonja u l-foqra. Il-lussu ta’ ftit isir insult lill-miżerja tal-mases kbar. Dan huwa kuntrarju għall-proġett tal-Ħallieq u għall-unur li għandu jingħata” (Puebla, 28). Jiena stess fakkart lill-isqfijiet “it-traċedja tal-bniedem konkret tal-kampanji u tal-bliet tagħkom, imċaħħad kuljum miċ-ċertezzi tas-sopravivenza tiegħu, imnikket mill-miżerja, mill-ġuħ, mill-mard, mid-diżokkupazzjoni; dan il-bniedem żvinturat li, bosta drabi, iktar milli jgħix jeżisti f’kondizzjonijiet diżumani. F’dan bla dubju ta’ xejn la hemm preżenti l-ġustizzja linqas dak il-minimu ta’ dinjità umana li d-drittijiet umani jirriklamaw” (Ġwanni Pawlu II, Allocutio ad quosdam Peruviae Episcopos occasione oblata eorum visitationis “ad limina”, 4, 4 ottobre 1984: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, VII/2 [1984] 740).
Fl-għeruq ta’ dan il-ħażin tas-soċjetà jinsabu, bla dubju, sitwazzjonijiet u strutturi ekonomiċi, soċjali u politiċi, kultant ta’ għan internazzjonali, li l-Knisja tiddenunzja bħala “dnubiet soċjali”. Iżda taf fl-istess ħin, li dan huwa l-frott tal-akkumulu u tal-konċentrament ta’ bosta dnubiet personali, li jkun meħtieġ jiġu evitati minn għeruqhom. “Dnubiet ta’ min jiġġenera jew jiffavorixxi l-inikwità jew l-isfruttament; ta’ min, billi jaf li jistà jagħmel xi ħaġa biex jevita jew jelimina, jew almenu jillimita ċertu ħażin soċjali, jonqos li jagħmlu għall-għażż, għall-biżà jew omertà, għal kompliċità maskerata jew indifferenza; ta’ min ifittex kenn fl-impossibiltà mistħajla li jbiddel id-dinja” (Ġwanni Pawlu II, Reconciliatio et paenitentia, 16). Dnubiet ta’ dawk li jiddirieġu u huma responsabli tas-soċjetà u wkoll tal-ħaddiema li ma jwettqux id-dmirijiet tagħhom. Dnubiet ta’ ċaħda tas-solidarjetà u ta’ egoiżmu, ta; tiftix tal-poter u tal-gwadan, postijiet “il fuq mis-servizz lill-oħrajn.
Quddiem dawn is-sitwazzjonijiet, il-Knisja tkompli tispira lilha nfisha mill-Vanġelu u mid-duttrina soċjali tagħha, biex toffri l-kollaborazzjoni tagħha soda u kostanti għall-kawża tal-ġustizzja.
Għal dan trid tkun qrib dawk kollha li jkunu ttrattati nġustament u għall-iktar foqra, biex ittejjab is-sitwazzjoni tagħhom fis-sensi kollha, mhux biss fil-qasam ekonomiku, imma wkoll fil-qasam spiritwali, kulturali u morali.
Fqir infatti huwa min hu nieqes mill-mezzi materjali, imma mhuwiex inqas minn min huwa mgħaddas fid-dnub, min ma jagħrafx d-dimensjoni personali tiegħu, li tmur ‘il hemm mil-limiti tal-mewt, min ma jippossedix l-libertà li jaħseb u jaġixxi skont il-kuxjenza, min hu ssuġġettat mill-mexxejja għal limitazzjonijiet li għalihom min jipprattika l-fidi tiegħu isib ruħu mċaħħad mill-benefiċċji mogħtija lil dawk li jsegwu n-normi iddettati minn fuq, min hu meqjus bħala sempliċi strument ta’ produzzjoni.
Il-Knisja trid ħelsien minn dawn l-iskjavitù kollha.
F’din l-istess linja jimxu l-isqfijiet tagħkom fin-normi ndikati fid-dokument riċenti tagħhom dwar it-Tejoloġija tal-liberazzjoni (cf. Sacra Congregazione per la Dottrina della Fede, Instructio de quibusdam aspectibus “Theologiae Liberationis”).
6. Fil-kunċett nisrani tas-soċjetà tidher dejjem bħala prinċipju fundamentali l-affermazzjoni tad-dinjità invjolabli tal-persuna, u, bħala konsegwenza, tad-dinjità ta’ kull ħaddiem. Għal din id-dnjità personali tikkorrispondi serje ta’ drittijiet fundamentali. L-ewwel fosthom, id-dritt li jkollu xogħol. Xogħol biex ikun jistà jgħix, ikun jistà jitwettaq bħala bniedem, jagħti l-ħobż lill-familja tiegħu. Xogħol li jarrikkixxi s-soċjetà. Xogħol li jistà jiżviluppa f’kundizzjonijiet denji ta’ persuna, jiġifieri tali li ma jagħmilx ħsara la għal saħtu fiżika linqas għall-integrità morali tal-ħaddiema.
Minħabba dan id-diżokkupazzjoni, u wkoll in-nuqqas ta’ mpjieg, jikkostitwixxu ħażen, u bosta drabi “veru diżastru soċjali” (Ġwanni Pawlu II, Laborem exercens, 18). Huwa umiljanti għall-persuni u joħloq sentimenti ta’ frustrazzjoni, b’konsegwenzi psikoloġiċi u morali perikolużi, speċjalment fiż-żgħażagħ u fil-missirijiet ta’ familja. L-ewwel tħassib ta’ dawk kollha responsabli tas-soċjetà għandu jkun, mela dak li jfornixxu xogħol lil kulħadd. Biċċa xogħol assolutament xejn faċli, imma li trid timmobilizza l-enerġiji tan-nazzjon kollu.
Il-ħaddiem għandu jkun barra minn dan mgħejjun, teknikament u kulturalment, biex iħejji lilu nnifsu biex jiżvolġi xogħol li jissodisfah u li fl-istess ħin jikkontribwixxi għall-prosperità tas-soċjetà. Il-Knisja f’dan il-qasam tippossiedi tradizzjoni li għandha żżomm u tipperfezzjona.
Salarju ġust, li jkopri l-bżonnijiet ta’ familja, ikompli jkun l-miżura konkreta tal-ġustizzja tas-sistema kollha soċjo-ekonomika u, ikun xi jkun, tal-funzjonament rett tagħha (Ivi, 19). Similment, dawk il-forom kollha ta’ sikurezza soċjali (pensjonijiet, assikurazzjonijiet kontra mard u inċidenti, dritt għall-mistrieħ, eċċetra), li għandhom bħala għan dik li jassikuraw il-ħajja u s-saħħa tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom (Ivi).
Jiena naf id-diffikultajiet relatati, f’dawn il-waqtiet ta’ kriżi ekonomika-soċjali hekk akuta, għat-twettiq konkret u effettiv ta’ dawn id-drittijiet. Bdanakollu, irrid niġbed l-attenzjoni ta’ dawk kollha responsabli, direttamenr u indirettament, tal-ordni ekonomiku-soċjali sabiex jisfurzaw li jirrendu possibli, mill-iktar fis, dan l-ideal, Il-Knisja u l-insara għandhom id-dritt u l-obbligu li jikkontribwixxu, fil-miżura tal-possibiltajiet tagħhom, billi jwettqu b’mod diliġenti id-dmirijiet rispettivi tagħhom. U dan għandhom kollha jagħmluh fl-assoċjazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li s-soċjetà toħloq bl-iskop li tikseb il-ġid komuni taċ-ċittadini kollha.
Kelma fl-aħħarnett, lill-imprendituri, li mingħajrhom mhux possibli li nirrendu effettivi bosta minn dawn id-drittijiet, Nixtieq infakkarhom, bid-duttrina soċjali tal-Knisja, li għandhom jagħtu lill-impriżi tagħhom funzjoni soċjali effettiva. M’għandomx jikkonċepuhom unikament bħala strumenti ta’ produzzjoni u ta’ qligħ, imma wkoll bħala komunità ta’ persuni (Puebla, 1246). Mill-għaqda ta’ ħaddiema u imprendituri, taħt id-direzzjoni responsabli tan-nies ta’ tmexxija, tiddependi l-edifikazzjoni gradwali ta’ soċjetà iktar ġusta.
7. Ejjew nerġgħu induru lejn il-kelma ta’ Alla, fil-liturġija tallum, Smajna l-Vanġelu tax-xogħol, minn xuftejn Kristu stess, fil-parabbola tat-talenti. Irċivejna t-tagħlim apostoliku ta’ San Pawl. Fittixna li nindikaw, billi segwejna t-tagħlim soċjali tal-Knisja, kif ix-xogħol uman jappartieni għall-ordni ekonomiku u temporali, imma wkoll għall-ekonomija tas-salvazzjoni divina. Fid-dawl ta’ din id-duttrina eżaminajna wħud mill-problemi li l-iktar jaħarqu tas-soċjetà tagħkom.
Kemm għal waħda kif ukoll għad-dimensjoni l-oħra tax-xogħol uman, japplika l-awgurju tal-appostlu tal-ġnus: “Jagħtikom is-sliem il-Mulej tas-sliem innifsu dejjem u f’kollox. Il-Mulej magħkom ilkoll” (2 Ts 3, 16).
Fl-għeluq: paċi.
Paċi permezz tax-xogħol: “kul ħobżok billi taħdemfil-paċi” Il-ħobż għandu jasal għand kulħadd. M’għandux ikun sovrabbundanti għal xi wħud (forsi mingħajr ma jaħdmu), u jonqos għand oħrajn (minkejja li jaħdmu).
Xogħol: għas-salvazzjoni eterna.
Xogħol: għall-iżvilupp tal-bnedmin u tal-popli. Għal dak l-iżvilupp, li Pawlu VI iddefinixxa bħala “l-isem il-ġdid tal-paċi”.
Mela: l-iżvilupp permezz tax-xogħol, u l-paċi bħala frott tal-iżvilupp awtentiku; u żvilupp ta’ kulħadd u għall-benefiċċju ta’ kulħadd.
Dawn huma l-ideat fundamentali tal-Vanġelu tax-xogħol li l-Knisja tħabbar lid-dinja kontemporanja.
“Il -Mulej ikun magħkom ilkoll”.
© Copyright 1985 – Libreria Editrice Vaticana
