Vanġelu (Lq: 21. 25-28, 34-36): Id-diskors tas-silta tal-lum hi parti mit-tagħlim li Ġesu’ għamel fit-Tempju fl-aħħar ġimgħa tal-ħajja pubblika tiegħu. Wara ġurnata jgħallem kien imur fil-ġnien taż-żebbuġ u jgħaddi l-lejl fil-beraħ. It-tempju kien wieħed mill-aqwa meravilji tad-dinja u l-glorja ta’ Israel. Jum minnhom “kien hemm xi wħud li bdew jgħidu kemm it-tempju kien imżejjen sabiħ” (Lq 21, 5). Ħasbu li Ġesu’ se jaqbel magħhom. Minn flok qal: “Għad jiġi żmien fejn ma tibqax ġebla fuq oħra minnu.”
AktarAuthor: Joe Farrugia
Segretarjat għal-Lajċi.