Il-Papa f’Santa Marta: Kemm hu sabiħ li tkun maħfur

It-Tlieta, 26 ta’ Marzu 2013: Il-Papa Franġisku ċċelebra wkoll il-quddiesa fil-kappella tad-Domus Sanctæ Marthæ nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu 2013, filgħodu. F’din il-ġurnata huwa ried li jkunu miegħu fuq l-altar is-saċerdoti li normalment ikunu ospitati fir-residenza Vatikana.  Dawn regġħu lura fl-abitazzjonijiet tagħhom il-ġurnata ta’ qabel wara li kienu ħarġu minnhom u ħallewhom għal xi ġimgħat biex ikunu ospitati fihom il-Kardinali li kienu Ruma minħabba l-konklavi. Kienu b’kollox madwar erbgħin saċerdot, bejn uffiċjali tas-segreterija tal-Istat u ta’ oqsma u dikasteri oħra. Magħhom kien hemm ukoll l-Arċisqfijiet Angelo Acerbi, Peter Paul Prabhu u Luigi Travaglino, Nunzji Appostoliċi. Din hija familja saċerdotali li minnha l-Papa qal li jagħmel sehem u li lilha, qabel ma ta l-barka tal-aħħar, esprima r-ringrazzjament tiegħu.

aktar