Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP
L-ewwel darba li smajt din l-istqarrija kienet snin ilu meta kont qed nagħmel irtir lil grupp ta’ adolexxenti. Dak li kien qed jieħu ħsiebhom staqsihom jekk jitolbux lil Marija. Kulħadd qal ‘Iva’ ħlief waħda li qalet ‘Le’: jiena nitlob lil Ġesu’ biss. S’intendi dak li staqsiehom baqa’ mistagħġeb. Iżda lili dik it-tweġiba ġagħlitni naħseb: Parti minn dan il-kliem huwa veru, għaliex Ġesu’ biss huwa l-Medjatur ewlieni, hu biss huwa neċessarju għas-salvazzjoni tagħna. Iżda dan jiftaħ it-triq għal mistoqsija oħra: Il-Vanġeli setgħu nkitbu mingħajr ma nkunu nafu lil Marija. Continue reading ““ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALFEJN MARIJA?” (1)”