“MELA JIEN SE MMUT?” (2)

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu biex ikomplu dak li għamel hu. Hu qalilhom biex jaraw lilu fil-morda u jmorru jżuruhom (Mt 25,36). Lil xi wħud minnhom, l-Ispirtu s-Santu tahom id-don tal-fejqan għall-poplu kollu, li għadu jseħħ sa llum (I Kor 12,9.28). Narawh meta San Pietru fejjaq lil wieħed magħtub “fl-Isem ta’ Ġesu’ Kristu ta’ Nazaret” (At 3,6).

Dan kollu sar mhu biss għal żmien Kristu, iżda għamlu biex jiswa’ għalina wkoll, f’kull post u f’kull żmien. Continue reading ““MELA JIEN SE MMUT?” (2)”