Żwieġ  u Familja

Minn Dun Pawl Sciberras

1. Il-ħsieb taż-żwieġ u tal-familja li toħroġ minnu niltaqgħu miegħu ħafna drabi fil-Bibbja u fl-istejjer tagħha. Bih tagħlaq l-istorja tal-ħolqien fiż-żewġ rakkonti tagħha. Ir-rakkont Eloħista (Ġen 1,27) jgħidilna li Alla ħalaq il-bniedem “raġel u mara”. Juri li l-iskop tad-differenzi fis-sess ta’ bejniethom hi biex ikomplu l-ġenerazzjoni tal-bniedem. Il-Jaħwista juri aktar l-aspett tas-sħubija tar-raġel u l-mara flimkien fil-ħajja tal-famiija. “Għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma’ martu u jsiru ġisem wieħed” (Ġen 2,18-24). Alla ħalaq il-bniedem bħala familja. Ħalqu koppja biex it-tnejn jgħixu f’għaqda sħiħa flimkien. Meta jiżżewġu r-raġel u l-mara “mhumiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed” (Mk 10,8). Dan hu l-pjan ta’ Alla għaż-żwieġ u l-familja.

Aktar