7. Il-Bniedem Maħluq Xbiha ta’ Alla

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Ħolqien. Udjenza Ġenerali –  09/04/1986.

1. L-ewwel artiklu tas-Simbolu tal-fidi jitkellem minn Alla “Ħallieq tas-sema u tal-art, tal-ħwejjeġ kollha viżibbli u inviżibbli”; ma jitkellimx b’mod dirett mill-ħolqien tal-bniedem. Il-bniedem jidher fil-kuntest soterjoloġiku tas-Simbolu, b’riferenza għall-Inkarnazzjoni, bħal ma jidher ċar b’mod partikolari fis-Simbolu niċen-kostantinoplitan, meta jipprofessa l-fidi f’Ġesù Kristu, Bin Alla, li “għalina l-bnedmin” u għall-fidwa tagħna niżel mis-sema . . . u “sar bniedem”.

aktar