Kelma tal-Ħajja. Awwissu 2026

Mill-Moviment tal-Fokolarini

“Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej” (Lq 1, 46).

Fl-ewwel kapitlu tal-Vanġelu ta’ Luqa nsibu l-unika paġna tat-Testment il-Ġdid li fiha l-protagonisti huma żewġ nisa, Marija u Eliżabetta.

Eliżabetta kienet toqgħod ġo raħal qrib Ġerusalem, li jinsab madwar 150 kilometru ‘l bogħod minn Nazzaret. Wara li ngħatat l-aħbar li kienet se ssir omm Ġesù (Lq 1, 26-38), Marija telqet malajr minn darha. Ma nafux id-dettalji ta’ dan il-vjaġġ, nafu biss li marret tħaffef lejn l-għoljiet. U x’marret tagħmel hemm?

Aktar