Vanġelu (Matt. 20. 1-16): L-inbid fil-Bibbja hu simbolu tal-ferħ u tal-festa. Fi żmien Ġesu`, waqt li l-Lhud kienu jirfsu l-għeneb b’saqajhom biex jagħsruh, kienu jkantaw għanjiet ferrieħa u jżommu r-ritmu b’saqajhom. Dan il-ferħ kien jilħaq il-qofol tiegħu fil-festa tat-tined, li kienet tagħlaq l-istaġun tal-ħsad. Fuq waħda mill-lokalitajiet fejn kienu jagħsru l-għeneb, għada tidher il-kitba: “Tkun imbierek Mulej, Sid l-univers, li ħlaqt il-frott tad-dielja.”
ara aktar