Minn Fr Jimmy Bonnici
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla.
- Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu:
“Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem,
li niżel mis-sema.
U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert,
hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem,
biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.
Għax Alla hekk ħabb lid-dinja
li ta lil Ibnu l-waħdieni,
biex kull min jemmen fih ma jintilifx,
iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.
Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja
biex jagħmel ħaqq mid-dinja,
imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.” (Ġw 3:13-17).