Kitba ta’ Joe Galea
Ħafna minna jħobbu jixorbu larinġa magħsura. Meta jkollna aptit nieħdu din ix-xarba, li hi tajba wkoll għas-saħħa, x’aktarx li fost il-larinġ li jkollna fil-qoffa, infittxu dawk li ngħiduhom il-‘larinġ tad-demm’, li l-meraq tagħhom hu aħmar skur.