Oħtna l-art tipprotesta …

Print Friendly, PDF & Email

Oħtna l-art tipprotesta għall-ħsara li nġibulha, meta nħaddmu b’mod irresponsabbli u nabbużaw mill-ġid li Alla għanieha bih.  Trabbejna naħsbu li aħna s-sidien u ħakkiema tagħha, bil-jedd li nħarbtuha kif irridu.  Il-vjolenza li hemm fil-qalb tal-bniedem miġruħ mid-dnub tidher ukoll fis-sintomi ta’ marda li tinħass fil-ħamrija, fl-ilma, fl-arja u fil-ħlejjaq ħajjin.

Għalhekk, fost il-foqra l-iżjed imwarrba u mkasbra, hemm din l-art maħqura u mħarbta tagħna, titniehed bl-uġigħ tal-ħlas.

Spiss ninsew li aħna stess ġejjin minn din l-art.  Ġisimna stess hu msawwar minn elementi tal-pjaneta, l-arja tagħha hi dik li tagħtina n-nifs, u l-ilma tagħha jaħjina u jsaħħaħna.  (Laudato Si’ #2)

Leave a Reply

%d bloggers like this: