Kors dwar il-Liturġija


Lill-Membri kollha tal-Kummissjonijiet tal-Liturġija fil-Parroċċi, u lil dawk kollha li jaqdu Ministeru Liturġiku

letturMil-laqgħat li jkollna fil-parroċċi u minn kummenti oħra li jaslulna, tinħass ħafna il-ħtieġa li dak li nagħmlu, fil-qima li aħna nagħtu lil Alla, nagħmluh sewwa u kif jixraq lilu.  Ilkoll nafu li biex dan iseħħ ma nistgħux nibqgħu nibnu biss fuq opinjonijiet jew idejat, li, huma kemm huma tajbin u sbieħ, mhux bilfors jirriflettu il-ħsieb tal-Knisja u jwasslu biex l-għan tal-Liturġija jintlaħaq.

Għall-grazzja ta’ Alla, illum qed nifhmu u napprezzaw ħafna iktar il-bżonn li napprofondixxu il-ħsieb tagħna mill-għarfien ta’ x’inhi tassw Liturġija. Jiena nemmen li meta nidħlu fil-qalba tal-misteru Liturġiku tal-Knisja, insiru ħafna iktar konxji tar-rejaltajiet divini li nkunu qed niċċelebraw u kif niċċelebrawhom.

Barra minn hekk il-Liturġija ma tibqax mifruda, kif kultant iseħħ mill-aspetti l-oħra tal-ħajja tagħna bħala Knisja imma ssir, kif tassew hi, il-quċċata li lejha titla’, u l-fus li madwaru ddur il-ħajja kollha tal-Knisja.  Ma ninsewx li għal ħafna Nsara Kattoliċi li llum għadhom jiġu għall-Quddiesa, il-Liturġija (l-iktar dik tal-Ħadd) hija l-kuntatt waħdieni li għandhom  kemm ma’ Alla u iktar u iktar mal-Komunità Nisranija.

Għalhekk l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien mas-Segretarjat tal-Liturġija ħejja dan il-kors, li jibda f’Ottubru ta’ din is-sena (2015) u jintemm f’Mejju tas-sena d-dieħla (2016).  Il-kors għandu l-ħsieb li jagħtina togħma tajba ta’ x’inhi tasssew il-Liturġija, x’inhu l-isfond storiku u teoloġiku taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, kif ukoll kif wieħed jadatta u jkun krejattiv, biex jgħin lill-Poplu ta’ Alla iqim tassew lil Alla flimkien bħala komunità li temmen u tgħix dak li temmen.

Inħeġġek minn qalbi u b’konvinzjoni, li jekk tixtieq li tassew il-ħidma tiegħek u ta’ dawk li b’xi mod qed jaqdu ministeru Liturġiku, tieħu sehem u tikkonvinċi  lil ħaddieħor  biex jieħu sehem f’dan il-kors. Jiena konvint li tifhem u tapprezza wkoll li f’dinja fejn kulħadd jistenna l-professjonalità f’kollox, ma nistgħux nibqgħu lura f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla u mal-Komunità Nisranija li tiġi tqimu.

Għalhekk inħeġġek biex twassal dan il-ħsieb li dawk li fil-Parroċċa tiegħek huma nvoluti fil-Liturġija, biex tiġu flimkien għal dan il-kors, u hekk, il-ħidma tagħna flimkien, ikollha sisien iktar sodi u, bil-għajnuna ta’ Alla, tkun iktar effettiva għall-glorja tiegħu.

Għal aktar dettalji fittex f’din il-paġna ta’ hawn taħt …

http://www.laikos.org/liturgy_2015-6.pdf

Fr Michael Bugeja

Ċerimonier Djoċesan

16 ta’ Lulju

Tifkira tal-Madonna tal-Karmnu

7 thoughts on “Kors dwar il-Liturġija

  1. Jien immexxi grupp li nitrasmettu liturgija tas-sighat minn fuq radju. Jekk joghgbok aghtini dettaji ezatti ta dati, hinijiet u post ta dan il-kors.

  2. Nixtieq id-data, post u hin ta’fejn ser isiru dawn il-laqghat jekk joghgbok grazzi Maryann

  3. Nixtieq dettalji dwar ” il-Kors dwar il-Liturgija” ta’ bejn Ottubru 2015 u Mejju 2016

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.