Il-Belt Eterna

Patri Mario Attard OFM Cap                                                                   

Ir-Rumani kienu jsejħulha Roma Aeterna, il-“Belt Eterna”. Inkella Caput Mundi, il-“Belt Kapitali tad-Dinja”. Ir-Rumani tal-qedem kienu jemmnu li, jiġri x’jiġri lid-dinja, u jitwieldu kemm jitwieldu u jmutu kemm imutu imperi, Ruma ħa tibqa’ għal dejjem.

Fil-mawra li kelli f’din il-Belt speċjali, waqt li kont miexi mat-toroq twal u storiċi tagħha, u nżur u nitlob fil-Knejjes sbieħ tagħha, dan kien il-ħsieb li ma ħallinix kwiet. Imqar għal waqt wieħed biss. Ruma! Il-Belt imperjali. Il-Belt tar-Repubblika. Il-glorja tal-Imperu Ruman. Il-Belt mimlija storja. Arkittetura. Pittura. Skultura. Il-Belt fejn il-frażi qadima Latina għadha tidwi sallum stess, fl-ispazzju imperjali u ekkleżjastiku tagħha: Roma locuta est causa finita est! Continue reading “Il-Belt Eterna”