Patri Mario Attard OFM Cap
Illum, il-Ħadd 8 ta’ Mejju, huwa jum l-omm! Jum dik li lili u lilek tagħtna l-aqwa ħaġa li qatt jista’ jkollna: il-ħajja!
Din is-sena Jum l-Omm għandu tifsira għal kollox speċjali. Jum l-Omm qiegħed isir fil-kuntest tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. Jiġini f’moħħi u f’qalbi l-kliem sabiħ u għażiż li jgħid il-Mulej permezz tal-profeta Iżaija: “Tista’ mara tinsa t-tarbija tagħha, u ma tħennx għal bin ġufha? Mqar jekk din tinsa, jien ma ninsiek qatt! Ara! Naqqaxtek fuq il-keffa ta’ idejja” (Is 49:16). Issa dan ħbieb m’huwiex sempliċiment kliem sabiħ li jqabbiżlek id-dmugħ. Lanqas m’hu kliem li jtellgħalek l-għoqla fi griżmejk u jħallik iddur magħha. Xejn minn dan! Dan huwa kliem li jissarraf f’verità kbira u sagrosanta. Il-Mulej ma jitlaqna QATT! Saħansitra anki jekk omm, għal xi raġuni stramba, tasal li twettaq dan. Hu dejjem jibqa’ hemm għalina! X’imħabba hux! Continue reading “L-omm dejjem … omm”