Patri Mario Attard OFM Cap
Jaf bih kulħadd. Għax kulħadd għandu. U li kieku ma jridx jammetti li m’għandux lanqas jista’. Biżżejjed għalih jipprova jtella’ jdejh ftit ‘il fuq. Biex jintefa’ jaħseb. Hemm isibu! Iħossu! Ikun f’idejh! Irid u ma jridx.
Geddumu! Tista’ timmaġina wiċċ mingħajr geddum? Hawn min geddumu żgħir. U allura wiċċu għandu ċertu bixra. Oħrajn geddumhom Alla jbierek! Jikinsu minn fejn jgħaddu! Imma, ngħid jien, b’daqshekk din għandha tkun problema? Għandhom xi kontroll fuq il-bixra ta’ wiċċhom x’kull waħda? Bil-qawwa kollha ngħid: LE! U nsostni dan il-punt l-għaliex kulħadd kif ġie maħluq. Għalhekk sabiħ li min iħobbhom b’geddumhom żgħir. Min dawk ta’ geddumhom insomma. U min dawk ta’ Alla jbierek! Intant … Continue reading “Idendlu! Iddendlu!”