Home > Arċisqof Charles J. Scicluna > Nemmnu fid-dinjità ta’ kull bniedem

Nemmnu fid-dinjità ta’ kull bniedem


L-Erbgħa, 24 ta’ Mejju 2017: L-Arċisqof jamministra s-Sagramenti lit-tfal u adolexxenti li jattenduċ-Ċentru tar-Riżorsi Helen Keller fil-Qrendi

20170524_110348

Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna – L-għoti tas-sagramenti, Istitut Helen Keller, il-Qrendi

L-ewwel nett nixtieq nifraħ lil kull min se jirċievi s-Sagrament tal-Magħmudija, min se jirċievi l-Griżma tal-Isqof u lil min se jirċievi lil Ġesù għall-ewwel darba fil-qalb tiegħu.

Kelma lill-kbar: tistaqsuni,“fir-ruħ ta’ dawn uliedna, x’se jseħħ?” Iseħħ dak li jrid il-Mulej, il-qawwa tal-Mulej tidħol fir-ruħ ta’ wliedkom. Imma aħna din il-ħaġa ma narawhiex, aħna naraw maskra imma r-ruħ hija f’idejn il-Mulej. Il-Mulej iqaddes, il-Mulej jagħmel ir-ruħ sabiħa u l-Mulej iqaddisna. Tgħiduli “aħna għandna xi tagħlima x’nitgħallmu?”. Iva, għandna, għaliex dan l-isforz li qegħdin nagħmlu huwa att ta’ fidi pura għax inti ma tara xejn, inti trid biss temmen fil-qawwa ta’ Alla.

Bħalma nagħmel dejjem kull meta niltaqa’ magħkom, għeżież ġenituri u qraba, ngħidilkom grazzi ta’ dak kollu li tagħmlu għal uliedkom, għal dawn iż-żgħażagħ tagħna. Jiena mhu se nagħmel l-ebda diska fuq it-tbatija li hemm, għax l-ebda kelma tiegħi mhi se tnaqqas it-tbatija. Il-kelma tiegħi trid tkun kelma ta’ sapport u ngħidlkom ukoll kelma ta’ ammirazzjoni.

Aħna rridu nagħmlu statement lil din l-iskola, li aħna nemmnu fid-dinjità ta’ kull bniedem vera u tassew, hu min hu. Il-kejl tal-bniedem ġej mill-fatt li huwa ħolqien ta’ Alla. U għalhekk dan huwa statement importanti u qawwi, attwali. Intom tafu li hemm barra hemm nies li hawnhekk jixtiequ ma jħarsux lejh jew li saħansitra ma jeżistix. Imma aħna qegħdin hawn biex ngħidu li uliedna għandhom dinjità u jixirqilhom l-aħjar possibbli f’dawn iċ-ċirkostanzi. U l-Isqof qiegħed hawn biex lil uliedkom jagħtihom is-sagramenti kollha li jieħdu żgħażagħ oħrajn. Tgħiduli “Dawn x’se jifhmu?”. Ma nafx, m’għandix risposta għal din it-tweġiba imma nħallu lil Alla jaħdem fejn aħna ma nafux.

✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: