Mistiedna lkoll għal Shema – Lejl Imdawwal mill-Ewkaristija!

F’dan iż-żmien ċelebrattiv tal-Għid, nhar is-Sibt 2 ta’ Mejju bejn is-7.00pm u nofs il-lejl, id-Djoċesi ta’ Għawdex qed torganizza Shema – Lejl Imdawwal, ‘notte bianca’, fuq l-istil ta’ dik organizzata tlett snin ilu… imma din id-darba l-lejl ser ikun imdawwal mill-Ewkaristija! Din il-lejla ta’ attivitajiet b’xejn għall-familja kollha ser tinżamm fil-qalba tal-Belt Victoria, u ser tinkludi arti, mużika, żfin, kant, letteratura, gastronomija, teatru, attivitajiet għat-tfal, kif ukoll mumenti ta’ diskussjoni u spiritwalità… u ħafna aktar! Fl-attachment issibu l-programm dettaljat.
Mistiedna lkoll! Titilfuhiex!
Ara l-programmi hawn taħt ….

