Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tas-Sibt, 30 ta’ Settembru 2017

L-Evanġelju tas-Sibt, 30 ta’ Settembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 9, 43b-45

Faċli tissaħħar mil-Kelma ta’ Alla, b’mod speċjali meta tapplikaha għal ħaddieħor. Faċli tistgħaġeb quddiem l-intervent ta’ Alla meta jikser in-normalità li mdorrijin biha. Il-bniedem jiġri l-ħin kollu wara dak li hu spettakolari, dak li jimmerita ċ-ċapċip u l-għajjat tas-sensazzjonali. Meta kien imġarrab fid-deżert Ġesù wkoll ġie ppruvat meta l-Ħażin qallu bie xjinxteħet minn fuq i-tempju għal isfel. Fil-btieħi tat-tempju kienu jinġabru l-folol jarawh nieżel u ma jaqax u jemmnu.

Darb’oħra wkoll kien bejn sema u art u ppruvaw jikkonvinċuh biex jinżel minn fejn kien biex jemmnu. Iżda Ġesù la qabeż minn fuq il-bejt tat-tempju u lanqas niżel mis-salib. Min irid jemmen, jemmen għax irid, għax jafda mhux għax jara. Meta wieħed jara ma jibqax ħtieġa li jemmen. It-twemmin huwa rizultat tal-fiduċja mhux tal-provi.

Ġesù jindirizza lid-dixxipli tiegħu. Għal darb’oħra dan hu kliem għal widnejhom biss. Jekk ħaddieħor jimpressjona ruħu bl-ispettakolari huma jridu jafdaw u jġarrbu miegħu. F’xi mkien ieħor Pietru jibda jlumu dwar dan u jaqla tbeżbiża sewwa, għax kien tfixkil, għax beda jirraġuna bħal kulħadd.

Ġesù li jħobb ma jippridkax Evanġelju ta’ prosperità; dak li jagħmel Ġesù mal-bniedem mhux maġija intiża li xxejjen jew għallinqas ittaffi t-tbatija ta’ issa. Dan ma għexux. Bin il-bniedem m’għandux fejn imidd rasu u min irid jimxi warajh irid jinqata’ minn kollox u minn kulħadd biex ikun tiegħu innifsu u hekk biss ikun jista’ jingħata lil Alla. Il-prova tal-imħabba hija t-tbatija, għax x’tiswa l-imħabba meta jkun bnazzi, meta l-baħar qisu żejt!

L-għotja tas-salib hija essenzjali għal Ġesù. Iħabbarha tlitt darbiet u jgħixha sal-aħħar qatra. Iż-żerriegħa li taqa’ fl-art u tmut biex tagħmel il-frott u ma tibqax weħidha. Għalhekk ġie u hekk għamel.

Iżda d-dixxipli ma jifhmux. Int u jien ma nifhmux. U bħalhom nibżgħu nistaqsu wkoll. Ġesù ma jaqtax qalbu minnhom kif lanqas jaqta’ qalbu minna. Jibqa’ jipprova jikkonvinċina bil-kliem u bl-għemil.

Aħna nirraġunaw bħal ma jirraġuna kulħadd u nibqgħu ma naqbdu xejn. Jogħġobna kliemu imma tqil wisq għalina. Sakemm ma ngħaddux mill-prova. Il-prova tal-imħabba ngħaddu minna lkoll u ħafna drabi nagħmlu dak li qatt ħlomna jew bsarna li nistgħu nagħmlu. Imbagħad nifmu. Hemm nindunaw li mhux biss kliem sabiħ, mhix tama falza.

Il-verità mhix wegħda.
Ta’ min ninsew għal kollox l-espressjoni: jekk ikollok bżonn għidli. Jekk tara l-bżonn abqad u għin.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: