Home > Aħbarijiet > Organizzata f’Malta l-Konferenza Ewropea tar-Radjijiet Insara

Organizzata f’Malta l-Konferenza Ewropea tar-Radjijiet Insara


L-Erbghħa, 25 ta’ Ottubru 2017: Rappreżentanti tal-Konferenza Ewropea tar-Radjijiet Insara (ECCR) iltaqgħu f’Malta għal-laqgħa annwali bit-tema: “Iż-żgħażagħ u r-radjijiet tagħna fid-dinamika tas-Sinodu taż-Żgħażagħ”.

338494-740xNoneIl-konferenza f’Malta, bejn is-17 u d-19 ta’ Ottubru 2017, ġiet organizzata minn Radju RTK.

Il-parteċipanti kellhom l-opportunità jiltaqgħu mal-Arċisqof Charles J. Scicluna u jaqsmu l-esperjenza tagħhom tar-radjijiet Insara fil-pajjiżi rispettivi.

L-ECCR hi magħmula minn aktar minn 650 stazzjon tar-radju fi 15-il pajjiż Ewropew, u l-għan tagħha hu li tippromwovi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-umaniżmu Nisrani u l-ħidma ma’ awtoritajiet Ewropej.

Fid-dawl tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-Konferenza Ewropea tar-Radjijiet Insara kkundannat dan l-att u qalet li l-libertà tal-istampa sseħħ biss meta l-ġurnalisti jaħdmu mingħajr biża’. Il-parteċipanti ħeġġew lill-Gvern sabiex jiggarantixxi s-sigurtà meħtieġa lill-ġurnalisti.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: