Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħadd, 12 ta’ Novembru 2017.

L-Evanġelju tal-Ħadd, 12 ta’ Novembru 2017.


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Mt 25, 1-13

Il-bluha għal Ġesù tfisser li taħseb sa mnieħrek. L-għaqal ifisser li taħseb iktar ’il bogħod. Jidher li b’xi mod kienu flimkien.

Għaxar xebbiet jgħid Ġesù. X’kienet ir-raġuni ma nafux. Kienux ħbieb, kienux aħwa jew qraba jew sempliċiment jafu lil xulxin ma nafux. Setgħu kienu jffurmaw parti minn xi għaqda li ssib irġiel għal min irid jiżżewweġ jew tippromwovi laqgħat fejn wieħed jista’ jsib lil min jiżżewweġ. Ma nafux. L-unika ħaġa li tidher li kienet tgħaqqadhom hija l-invit li rċevew għal dan l-imbierek tieġ.

 

Ġesù jaqsamhom fi tnejn indaqs; ħamsa u ħamsa. Donnu jrid jgħid f’kull bniedem hemm l-istess ċans li wieħed ikun iblah jew għaqli. Wieħed mhux iktar minn ieħor. Iktar minn dwar tipi ta’ bnedmin Ġesù qisu qed jitkellem dwar bniedem maqsum fi tnejn; bniedem li għandu l-ħajra jkun għaqli daqskemm għandu l-ħajra li jkun iblah.

Ix-xebbeit l-għaqlin ħasbu f’dak li jista’ jiġri u ħasbu għalih ukoll, filwaqt li l-boloh ħasbu f’kemm se jgawdu u jibbażżjaw fil-festa tat-tieġ, ħasbu biss fl-‘issa’ u l-‘hawn’. Li tkun għaqli ma jfissirx li ma taħsibx f’kemm tista’ tgawdi, anzi kemm tista’ tgawdi illum u għada wkoll. Il-bluha tieqaf mal-lum, ma’ issa. Tentazzjoni diżastruża u aħna nafu kemm.

Il-parabbola fiha nnifisha ma tantx trid tifsir. Ġesù jitmagħhielna fl-imgħarfa, ma jridx li l-messaġġ jiġi nterpretat ħażin, u jrid jurina l-konsegwenzi tal-bluha tagħna. Il-bieb jingħalaq. F’wiċċek. Tassew ngħidlek ilek ma nafekx. Kliem iebes ġej minn min stiednek. Imma x’tistenna jekk wiċċek ma jagħrfux għax m’għandekx f’idejk id-dawl tal-għaqal li juri tassew min int. Fid-dlam ma tagħarafx lil dak li jkun u tibqa’ barra.

Bluha oħra li nara, u li mhuix daqshekk ovvja, hija l-lbluha ta’ min iħalli lil min jgħaddih biż-żmien. F’nofs ta’ lejl wasal l-għarus, jgħidilna San Mattew. Ittardja l-għarus. U l-għaqlin, bir-raġun kollu, ma ssugrawx jagħtuhom iż-żejt minn tagħhom, għax jispiċċaw ma jingħarfux huma wkoll. Morru ixtru, qalu lill-boloh. F’nofs ta’ lejl minn fejn se tixtri? Liema ħanut se jkun miftuħ għall-kumdità tiegħek? U dawk emmnuhom. Il-bluha, darba tibda, donna ma ssibx tmiem. Iktar kemm tiblieh, iktar tinżel fil-fond u titbiegħed mill-għaqal. Dawk emmnu, marru u sabu l-bieb imsabbat f’wiċċhom. L-għaqlin? L-għaqlin kienu ġewwa u hemm ma kelhhomx bżonn iktar żejt għall-imsiebaħ, għax l-imsiebaħ ma kellhom iktar bżonnhom għax ġewwa mdawwal. Imma barra dlam taqtgħu b’sikkina.

L-għerf ta’ Alla għall kull bniedem huwa wieħed, għix illum u aħseb għal għada, anzi aħseb għall-eternità, bit-tgawdija tal-lum biss, m’għandekx għażla u lanqas ħaddieħor ma jista’ jagħżlek, lanqas min qed jistiednek. Għef ieħor hu, meta ssib dahrek mal-ħajt minħabba l-bluha tiegħek, ieqaf kun iblah u fittex dak li jista’ jgħinek iktar minn dak li jista’ jbiegħdek iżjed.

Imma li tabbanduna l-bluha biex tħaddan l-għaqal, jidher li hu diffiċli għal ħafna.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: