L-Evanġelju tas-Sibt, 6 ta’ Jannar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 1, 7-11

B’din is-silta, il-Knisja tibda ż-żmien tal-epifaniji. Epifanija fil-grieg tfisser li turi, li turi b’qawwa xi ħaġa ġdida. Għalkemm fil-liturġija l-kelma llum tintuża marbuta ma’ tifkira ta’ ġrajja waħda – iż-żjara tal-maġi – is-sens tagħha huwa mfisser fid-diversi tifkiriet li l-Knisj tiċċelebra wara l-Milied, bħall-Magħmudija tal-Mulej u t-Tieġ f’Kana tal-Gallilija.

Din is-silta wkoll, bħal f’evanġelji oħra, tirrakkonta ‘epifanija’ fil-magħmudija. Ġwanni jxandar u jħabbar lil dak li kellu jiġi warajh, li hu aqwa minnu, u li hu stess lanqas jistħoqqlu jkun l-ilsir tiegħu. Il-kobor ta’ min ġej warjah u li hu aqwa minnu, mhux f’li jaħfer id-dnubiet, iżda li jaħfer id-dnubiet u jagħti l-ħajja ta’ Alla. Huwa jgħammed bl-Ispirtu s-Santu, bil-qawwa ta’ Alla.

Ġesù ġie minn Nazaret, il-belt moħbija u ta’ fama dubjuża biex jitgħammed minn Ġwanni, biex jinżel fl-ilma tax-xmara Ġordan. Id-djalogu bejn Ġwanni u Ġesù li jidher f’San Mattew, hawnhekk ma jidhirx. Għal San Mark l-iktar importanti huwa dak li ġara wara l-magħmudija iktar minn dak li ġara qabel.

San Mark jagħtina x’qal Ġwanni dwar Ġesù, imma jgħidilna wkoll, kif jagħmlu evanġelisti oħra, dak li jinstema’ mis-smewwiet miftuħa, frażi stramba li tista’ tindikalna li tneħħa dak li kien jifred lil Alla mill-bniedem u Alla jitkellem mall-bnedmin. Ċarrat is-smewwiet u inżel, jgħid il-profeta Iżaija, u hekk tlabna fi żmien l-Avvent; illum is-smewwiet iċċartu, Iben Alla niżel u għammar mall-bnedmin. Fih Alla nnifsu jsib il-għaxqa tiegħu.

Alla jitgħaxxaq b’Ibnu, iżda jitgħaxxaq bih ukoll għax jgħammar mal-bnedmin. Il-fatt li l-Iben ta’ Alla sar bniedem u għammar fostna, mhux biss l-għaxqa tagħna li emminna fih, għax hu jimliena bl-Ispirtu tiegħu biex jgħix fina u aħna ngħixu, bħalu, bih, iżda huwa wkoll il-qofol u l-milja tal-għaxqa ta’ Alla, li f’imħabbtu għall-bniedem, irid li ningħaqdu miegħu fil-ħajja tiegħu.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.