Aħbarijiet

Patri Leslie Gatt elett Pirjol Provinċjali tal-Provinċja Agostinjana ta’ Malta


Il-Ġimgħa, 5 ta’ Jannar 2018: Patri Leslie jieħu l-inkarigu ta’ din il-missjoni l-ġdida fil-Kapitlu tal-Provinċja ta’ Malta li ser issir f’April li ġej. Dakinhar huwa jissuċċedi lill-Provinċjal preżenti, Patri Raymond Francalanza li qeda b’dedikazzjoni fis-snin li għaddew.

leslie gattPatri Leslie twieled fl-1978 u tgħammed fil-Parroċċa ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta. Fis-sena 2000 beda s-sena tan-Novizzjat fl-Ordni ta’ Santu Wistin fl-Italja u sena wara għamel l-ewwel professjoni fl-Ordni Agostinjan. Fis-sena 2005 kien ordnat saċerdot fil-Konkatidral ta’ San Ġwann mill-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca.

Studja l-lingwa Maltija, il-Filosofija u t-Teologija fl-Università ta’ Malta u wara kompla l-istudju ta’ speċjaliżżazzjoni tiegħu fil-pastorali maż-żgħażagħ u l-kateketika fl-Università Pontifiċja Salesjana f’Ruma.

Lura Malta ħadem fil-Komunità tar-Rabat, fil-formazzjoni u l-ħidma maż-żgħażagħ u fil-Kulleġġ Santu Wistin f’Tal-Pieta u l-Marsa, fejn għadu jaħdem sal-lum. Il-Mulej ibierek lil P. Leslie f’dan is-servizz ġdid u l-Ispirtu s-Santu jakkumpanjah bid-dawl tal-grazzja tiegħu u bil-qawwa ta’ imħabbtu.

L-Ordni Agostinjana tirringrazzja lil Patri Raymond Francalanza tas-servizz li ta mill-qalb lill-Ordni u lill-Knisja f’Malta.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s