Publikat il-programm tal-konferenza dwar Żgħażagħ, Xorb u Droga

Print Friendly, PDF & Email

X’tista’ tagħmel il-familja?

Is-Sibt, 13 ta’ Jannar 2018: Ġie publikat il-programm tal-Konferenza Annwali organizzata mill-Kummissjoni Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex u li ser issir f’ Villa Fiorita, limiti ta’ Marsalforn, nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar bejn il-5.00pm u t-8.00pm. Bħal fis-snin l-imgħoddija l-iskop ewlieni tal-konferenza hu dak li tipprovdi mument ta’ formazzjoni għall-familji dwar il-familja billi tagħti spunti ta’ kif wieħed jista’ jsaħħaħ il-familja tiegħu.

Il-kelliem prinċipali ser ikun it-terapista tal-familja Dr.Charlie Azzopardi, li għandu esperjenza kbira ma’ żgħażagħ u familji bi problemi ta’ xorb u droga. Il-konferenza li ser tkun bil-Malti u għaliha huwa mistieden kulħadd, b’mod partikolari l-ġenituri, carers u edukaturi ta’ adolexxenti u żgħażagħ. Ikun hemm ukoll min jieħu ħsieb it-tfal.

Ara l-progamm minn hawn … Invit u programm Konferenza Djocesana dwar il-familja

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply

%d bloggers like this: