Is-Sibt, 20 ta’ Jannar 2018: Il-Quddiesa presente cadavere tal-Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap., ser issir nhar is-Sibt, 27 ta’ Jannar 2018, fis-2:00 p.m., fil-Katidral tal-Imdina. Jippresiedi l-Quddiesa l-Arċisqof Charles J. Scicluna.
Lejlet il-funeral, il-Ġimgħa, 26 ta’ Jannar, fis-7:00 p.m. ser jiġi ċċelebrat l-Għasar tal-Mejtin fil-Knisja tas-Salib Imqaddes (tal-Kapuċċini), il-Furjana.
L-Isqof Emanuel Barbara, Isqof ta’ Malindi, il-Kenja, miet fil-5 ta’ Jannar li għadda
fir-residenza tiegħu f’Malindi. Huwa kellu 68 sena. L-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini tistieden lill-komunità Nisranija sabiex tingħaqad magħhom fit-talb u tagħti l-aħħar tislima lill-Isqof Emanuel Barbara.
Il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.