Miet l-Isqof Silvestru Magro OFM

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt, 20 ta’ Jannar 2018: Tħabbret il-mewt ta’ Mons. Silvester Carmel Magro, O.F.M., Isqof ta’ Salde u Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi, il-Libja, bejn l-1997 u l-2006. L-Isqof Magro li huwa mir-Rabat miet illum, is-Sibt, 20 ta’ Jannar 2018, fis-2:20 a.m., fl-età ta’ 76 sena.

Għada, il-Ħadd, 21 ta’ Jannar, fit-8:30 ta’ filgħdu ser isir korteo funebri mill-Isptar Mater Dei sas-Saqqajja, ir-Rabat, fejn il-Banda L’Isle Adam u l-Banda Sliema ser jakkumpanjaw il-korteo sal-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, fi Triq San Pawl, ir-Rabat.

Il-Quddiesa presente cadavere tal-Isqof Magro ser issir nhar it-Tnejn, 22 ta’ Jannar 2018,fil-Katidral tal-Imdina fl-10 ta’ filgħodu.

Il-Mulej jagħtih il-mstrieħ ta’ dejjem.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading