Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tas-Sibt 24 ta’ Frar 2018

L-Evanġelju tas-Sibt 24 ta’ Frar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 5, 43-48

Mal-imħabba m’hemmx kompromess u l-imħabba mhix suġġett ta’ għażla. Donnu Ġesù jrid jgħid jew tħobb lil kulħadd jew inkella l-imħabba tiegħek ma hi mħabba xejn.

Smajtu x’intqal. Il-liġi ta’ Mosè kienet għamlet progress kbir fil-ħajja tal-komunità Lhudija. Ħobb lil ġarek, jew lil proxxmu, dak li qiegħed ħdejk. Imma l-għalliema Lhud irraġunaw li jekk il-liġi tgħid li għandek tħobb lill-proxxmu mela l-oppost huwa tajjeb ukoll: ħobb lill-proxxmu tiegħek u oqbgħod lill-għadu tiegħek. Dan x’intqal fl-imgħoddi, dan hu dak li ingħad biex jiġġustifika l-mibgħeda, il-firda, il-ġlied u l-gwerra. Dan hu li ingħad biex jagħti l-opportunità legali lil min ried ipattiha lill-proxxmu tiegħu biex jinfexx fqu l-għadu tiegħu. Dan hu li ingħad biex jiġġustifika l-opprtuniżmu tal-imħabba tal-bnedmin li tħobb lil min tista’ tiġi bżonnu. Dan hu li ntqal biex jgħawweġ il-kelma ta’ Alla u jfassalha u jadattaha għall-bnedmin u l-kapriċċi tagħhom.

Imma jiena ngħidilkom. Jien, Alla qed nitkellem. Ġesù juri lilu nnifsu bħal l-awtorità li tista tispjeg al-liġi skont l-għan tagħha mhux skont kif interpretawha b’mod komdu l-bnedmin. Ġesù juri li l-imħabba ma tgħażilx bejn bniedem u ieħor, m’għandhiex l-għan li tigwwadanja imma li tirbaħ fu ql-egoiżmu, fuq il-vendikazzjoni, fuq kull firda u dak li jwassal għaliha. Fejn hemm l-imħabba ma hemmx mibgħeda. Kull bniedem huwa maħbub minn Alla u Alla lil kul bniedem irid magħqud miegħu. M’hemmx distinzjoni ta’ kulur jew razza, klassi jew sfond soċjali, fiqr jew għani, ta’ kulur politiku jew ieħor, twemmin jew nuqqas tiegħu. Alla jħobb lil kulħadd skond kemm kull bniedem għandu bżonn. Alla huwa proxxmu ta’ kulħadd għax qiegħed qrib kulħadd. Jekk irridu nkunu bħalu rridu nkunu aħna wkoll proxxmu għal kull bniedem, qrib ta’ kull bniedem.

L-imħabba ma tistax tkun suġġetta għall-għażla bejn wieħed u ieħor. Kull bniedem għandu jkun maħbub b’libertà skont il-ħtieġa li għandu. Ħobb, itlob għal, u għamel il-ġid anke lil dawk li jippersegwitawk. L-għemil tagħhom ma jikkundizzjunax l-imħabba tiegħek għax l-imħabba tiegħek ma tiddependix minn dak li jaġseb, jgħid jew jagħmel ħaddieħor, imma toħroġ minnek b’dak li taħseb, tgħid jew tagħmel int.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: