Home > Archbishop Emeritus Paul Cremona OP > “X’GĦAMILTLU (LIL ALLA) JIEN?”

“X’GĦAMILTLU (LIL ALLA) JIEN?”


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

X’aktarx li min jgħid din ikun għaddej minn mument diffiċli fil-ħajja tiegħu/tagħha: xi marda jew saram ieħor. Din il-persuna żgur li tkun temmen f’Alla. Iżda kif jiġrilna ħafna drabi, jekk ma nħarsux lejn il-Vanġeli, ikollna biss ir-raġuni tagħna. Mingħajr ma nkunu nafu sew, nitfgħu fuq Alla l-esperjenzi tagħna l-bnedmin. Peress li aħna l-bnedmin inpattuha lil xulxin, naħsbu li Alla huwa bħalna l-bnedmin.

Mgr Paul Cremona OPIżda r-realta’ kif naqrawha fil-Vanġeli hija ferm differenti. Alla ħalaq kollox sew u bl-mħabba. Iżda kif tgħidilna l-Kelma ta’ Alla, il-bniedem dineb. B’hekk daħal id-dnub, u konsgwenza ta’ hekk, daħlu t-tbatija u l-mewt. Alla ma jiħux gost bit-tbatija. Għalhekk Ġesu’ tnikket meta kien jara it-tbatija tal-bnedmin: l-armla ta’ Najn (Lq 7,11-17). Ġesu’ li beka fuqu meta Lazzru miet (Ġw 11, 1-44); dawk kollha li fejjaq.

Mhux talli Alla ma jivvendikax ruħu mill-bniedem, talli it-tweġiba tiegħu kienet li jagħti lil Ibnu għalina. Kull ħaġa li għallem jew għamel Ġesu, għamilhom biex insiru nafu verament min hu Alla l-Missier: li jaħfer, li jħobbna, li jagħdirna…

Mhux hekk biss talli bagħtu biex jaqsam magħna t-tbatijiet. Ma setax jurina imħabba ilkbar minn din, aħna li aħna midinbin. Fuq is-Salib Ġesu’ mhux bata biss iżda għallimna kif għandna ngħixu t-tbatija, meta tmiss lilna. Hu jaf kemm it-tbatija hija iebsa għalina l-bnedmin. Fil-ġnien tal-Ġetsemani huwa talab lill-Missier biex jekk jista’ jkun ineħħi minnu l-kalċi tat-tbatija. Hu kien jaf li t-tbatija hija tentazzjoni kbira li tħossok waħdek anki minn Alla: Fuq is-Salib, hu talab dak il-kliem tqil: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni” (Mt 27,45-50). Imma l-aħħar kelma li qal fuq is-Salib, din id-darba lil Alla jsejjaħlu ‘Missier’: “Missier f’idejk jien nerħi ruħi” ( Lq 23,44-49).

Jekk nimxu t-tbatija flimkien ma’ Sidna Ġesu’ Kristu, ssir għalina għajn ta’ grazzja.

Fid-dawl ta’ dan li għidna nippruvaw minflok dik il-frażi li għidna ngħidu bħal Ġesu: “Missier f’idejk jien nerħi ruħi”.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: