Home > Arċisqof Charles J. Scicluna. 2018 > Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Marzu 2018

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Marzu 2018


Tħabbret il-lista taċ-Ċelebrazzjonijiet liturġiċi li se jmexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Marzu 2018.

383750-740xNone

Il‑Ġimgħa 9 ta’ Marzu 2018, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa bl‑istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, fil‑Bażilika tal‑Isla.

Il‑Ħadd 11 ta’ Marzu, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Savio College, Ħad-Dingli, fil-50 anniversarju mit-twaqqif tal-iskola.

Is-Sibt 17 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Martin Cardona bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa ta’ Ħal Kirkop.

L-Erbgħa 21 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’sufraġju tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca fl-anniversarju tal-mewt tiegħu.

Il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu, Jum id-Duluri, fil-11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-MCAST, Raħal Ġdid. Fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jieħu sehem f’purċissjoni bl‑istatwa ta’ Marija Addolorata, li tibda mill‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il‑Belt Valletta.

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu, fl-10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u jiċċelebra Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

L-Erbgħa 28 ta’ Marzu, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament mas-Sorijiet tal-Monasteru tal-Qaddisa Omm Alla, ir-Rabat. Fis-7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Via Sacra Djoċesana li tibda minn ħdejn l-istatwa ta’ Kristu Re, il-Furjana, u tintemm quddiem il‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-Via Sacra tixxandar ‘live’ fuq Radju RTK.

Il‑Ħamis 29 ta’ Marzu, Ħamis ix‑Xirka, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Griżma, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Fis‑6:30 p.m., l-Arċisqof imexxi l-Quddiesa fl‑Ikla tal‑Mulej u wara ssir il-purċissjoni bis-Sagrament lejn l-artal tar-ripożizzjoni, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Il‑Ġimgħa 30 ta’ Marzu, il‑Ġimgħa l‑Kbira, fit‑3:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Is‑Sibt 31 ta’ Marzu, Sibt il‑Għid, fit‑8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑liturġija tal‑Vġili tal‑Għid li tinkludi l-Magħmudija tal-adulti, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: