Home > Archbishop Emeritus Paul Cremona OP > KULĦADD SE JSALVA?

KULĦADD SE JSALVA?


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Ovvjament bħala bnedmin aħna ħafna drabi nirraġunawhom minn moħħna, u ħafna drabi naħsbu b’dak li jaqblilna. Din il-frażi turina li min jgħidha qiegħed jgħid dak li jaqbel lilu.

Mgr Paul Cremona OPIżda aħna bħala nsara ma nistgħux nirraġunaw b’mod uman biss. Irridu nagħmlu għażla li rridu nimxu fuq dak li għallimna Ġesu’, għax hu ġie biex jurina l-Verita’ u fejn tinsab tabilħaqq il-ħajja li twassal lejn l-imħabba ta’ Alla. San Pawl jispjega dan bħala bluha – per eżempju li temmen li l-Iben ta’ Alla sar bniedem u miet fuq is-Salib għalija: “ il-predikazzjoni tas-Salib hija bluha għal dawk li jintilfu; imma għal dawk li jsalvaw, għalina, hi l-qawwa ta’ Alla”  ( I Kor 1,18).

In-nisrani jibda mill-fidi fil-Kelma ta’ Alla u mbagħad juża r-raġuni tiegħu bll-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu biex jifhem aħjar dak li emmen mill-Kelma ta’ Alla.

Skont il-Kelma ta’ Alla, il-Mulej kellu proġett sħiħ meta ħalaq lill-bniedem. Lestilu dinja li fiha tah dak kollu li kellu bżonn. Fil-pjan tiegħu il-bniedem kien maħluq bit-tjubija ta’ Alla ġewwa fih meta ħalqu xbieha tiegħu: il-bniedem ma setax ikollu d-dnub ġewwa fih bħala parti mill-pjan ta’ Alla għalih bħala xbieha Tiegħu.

Iżda Alla ma riedx ineħħi mill-bniedem id-don li tah tal-liberta’: ried li jkun il-bniedem stess li jagħżel it-tajjeb ma’ Alla. Iżda kif hemm miktub fil-Ktieb tal-Ġenesi (Ġen 3,1-8) il-bniedem ma għażilx dan. Alla minflok ma qerdu, taħ ċans ieħor. Ħallih jgħix – anki bħala midneb – biex tkun kull persuna liberament li tagħmel l-għażla lejn Alla.

Ipprova jgħinu: tah lil Sidna Ġesu’ Kristu bħala qawwa spiritwali, tah il-maħfra biex jerġa’ jqum, bħala għajnuna fit-triq li kellu jimxi biex jagħżel lil Alla, bħala triq għall-qawmien tiegħu.

Dan ma jfissirx li Alla biddel il-pjan tiegħu. Xorta ried li l-pjan oriġinali, tal-bniedem f’realta’ mingħajr dnub,  isseħħ. Ma biddilx l-imħabba kbira tiegħu għall-bniedem. Ġesu’ jispjega dan b’mod sabih b’żewġ tixbihat. Waħda tirrakonta meta sajjied qabad il-ħut fix-xibka tiegħu, iżda mbagħad iżomm it-tajbin u jarmi dawk li mhumiex (Mt 13,36-43). Il-parabbola l-oħra titkellem fuq iż-żergħa: bidwi jiżra’ fl-għalqa tiegħu xtieli tajbin. Hu jħalli lill-ħaxix ħażin jitla’ flilmkien mat-tajjeb: il-ħajja fuq din l-art fejn jinsabu t-tajjeb u l-ħażin flimkien. Iżda fil-mument tal-ħsad iżomm biss, ovvjament, il-ħaxix it-tajjeb (Mt 13,47-50).

Darba oħra, Ġesu’ jurina x’se jiġri fl-aħħar tad-dinja. Il-Mulej jifred it-tajbin (il-ħrief) mill-ħżiena (il-gidien) din id-darba fuq l-imħabba lejn dawk li qegħdin ibatu (Mt 25,31-46). Għal tal-ewwel jgħid li jidħlu fis-Saltna tiegħu u l-ħżiena jitfagħhom fit-telfien. Dan hu l-ġudizzju ta’ Alla.

Din hija r-realta’ li ppreżentalna Ġesu’ fuq l-aħħar tad-dinja. Jekk wieħed jgħid li mhijiex hekk, ikollu jammetti wkoll li Ġesu’ gidbilna, li Ġesu’ huwa giddieb!u jħalli H

 

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: