Home > Aħbarijiet > Festa ġdida ta’ Marija Omm il-Knisja

Festa ġdida ta’ Marija Omm il-Knisja


Ruma. Is-Sibt, 3 ta’ Marzu 2018: Il-Papa Franġisku, li huwa magħruf għad-devozzjoni li għandu lejn Marija, illum waqqaf festa ġdida fil-Knisja Kattolika iddedikata lil Marija bħala “Omm il-Knisja”, li għandha tiġi ċċelebrata it-Tnejn li jaħbat l-għada tal-Għid il-Ħamsin.

Din id-deċiżjoni giet imħabbra permezz ta’ Digriet tal-Kongrezzjoni Vatikana għall-Orazzjoni Divina u d-Dixxiplina tas-Sagramenti, li ġie ppublikat illum is-Sibt mill-Uffiċju Stampa tal-Vatikan.

Id-dokument josserva li l-qima mogħtija lil Marija bħala Omm il-Knisja għandha għeruq antiki fit-tradizzjoni Kattolika, li twassal sa żmien Santu Wistin u San Ljun il-Kbir. It-titlu, skont id-dokument, għandu l-għeruq tiegħu fir-rakkonti tal-Evanġelju dwar Marija.

“Hija saret l-Omm tenera tal-Knisja li Kristu waqqaf fuq is-salib, hu u jgħaddi l-Ispirtu”, hekk stqarr id-digriet.

“Kristu, min-naħa tiegħu, fid-dixxiplu maħbub, għażel lid-dixxipli kollha bħala ministri tal-imħabba tiegħu lejn l-Omm tiegħu, fil-waqt li fdaha lilhom sabiex huma jilqgħuha b’imħabba ta’ wlied”.

Fl-1954, f’għeluq il-Konċilju Vatikan it-Tieni (1962-65), il-Beatu Pawlu VI iddikjara formalment lil Marija bħala “Omm il-Knisja” u stieden lill-Insara Kattoliċi sabiex jitolbu l-għajnuna ta’ Marija taħt dan it-titlu.

Fis-sena tal-Ġublew 1975, il-Vatikan ipproduċa Quddiesa specjali, imsejħa “quddiesa votiva”, għal Marija taħt it-titlu ta’ Beata Maria Ecclesiæ Matre, jew “Beat Marija Omm il-Knisja”, u approvat ukoll li dan it-titlu jiddaħħal f’diversi talbiet f’ġieħ Marija.

B’dan id-digriet ġdid, id-devozjoni lejn Marija bħala Omm il-Knisja issa saret festa approvata għall-Knisja universali.

“Wara li kkonsidra b’attenzjoni ħerqana kemm it-tixrid ta’ din id-devozzjoni tista’ tinkuraġġixxi it-tkabbir tas-sens matern fost ir-rgħajja, reliġjużi u l-fidili, kif ukoll it-tkabbir ta’ pietà Marjana ġenwina, Papa Franġisku iddigrieta li l-Memorjal tal-Beata Verġni Marija, Omm il-Knisja, għandu jitniżżel fil-Kalendarju Ruman nhar it-Tnejn wara l-Pentekoste u issa jiġi ċċelebrat kull sena,” hekk qal id-dokument.

“Diin iċ-ċelebrazzjoni tgħinna niftakru li t-tkabbir fil-ħajja Nisranija għandu jkun ankrat mal-Misteru tas-Salib, mas-sagrifiċċju ta’ Kristu fil-Bankett Ewkaristiku u ma’ Omm il-Feddej u Omm il-Mifdijin, il-Verġni li qed tagħmel l-offerta tagħha lil Alla.,” issokta jgħid.

Id-digriet ordna li l-festa għandha tidher fil-kalendarji kollha u kotba liturġiċi. Jgħid ukoll li hekk kif it-traduzzjonijiet tat-testi għal din il-festa jkunu approvati mill-konferenzi episkopali, dawn jiġu ippublikati wara li l-kongregazzjoni tagħti l-konferma tagħha.

F’Ottubru li għadda, il-Papa Franġisku kien ittrasferixxa ir-responsabbiltà għas-superviżjoni ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ traduzzjonijiet liturġiċi lill-konferenzi episkopali madwar id-dinja.

Ara;

http://www.catholicherald.co.uk/news/2018/03/03/pope-francis-adds-new-marian-celebration-to-church-calendar/

https://www.catholicnewsagency.com/news/memorial-of-mary-mother-of-the-church-added-to-liturgical-calendar-43501

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: