Home > Archbishop Emeritus Paul Cremona OP > “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: – IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (3)

“SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: – IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (3)


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Fl-Istorja tal-Bniedem

Dan kollu ġie rifless fl-istorja tal-bnedmin. Bidlu dan il-pjan t’ Alla ma’ ħsibijiet oħra. Ħa naraw x’qed jiġri fi żminijietna. Jien mhux qed nagħmel dan b’akkuża personali iżda bħala riflessjoni fuq il-konsegwenzi fuq is-soċjeta’.  Il-Papa San Ġwann Pawlu II kiteb fl-Ittra Appostolika tiegħu Tertio Millennio Adveniente ( 10 ta’ Novembru, 1994) li l-Knisja mhijiex qiegħda hemm biex tiġġudika (il-Ġudizzju jsir, iżda minn Alla), iżda biex issalva. In-nisrani huwa mistenni li jħobb lil kulħadd bħala xbieha ta’ Alla indipendentement mill-kundizzjonijiet jew l-għażliet personali tal-ieħor jew l-oħra.Il-Knisja għandha  l-missjoni tagħha li turi t-triq, – f’dan il-każ fuq iż-żwieġ u l-familja – skont il-pjan ta’ Alla.

Mgr Paul Cremona OPJien mhux se nitkellem fuq realtajiet, għażliet u għemejjel personali, iżda għaliex dawn l-għażliet differenti qed nagħmluhom bħala pjan sħiħ għas-soċjeta’ kollha. S’intendi kien hemm (u għad hemm, għalkemm naqsu) preġudizzji fuq dawn il-minoranzi, bħall-persuni gay u transgender: l-ebda nisrani veru ( u l-ebda bniedem) ma’ jista’ qatt jiġġustifika dan l-aġir tiegħu quddiem Alla. Il-Knisja temmen li anki dawn il-minoranzi għandhom ikunu rispettati fid-drittijiet tagħhom.

Tajjeb li s-soċjeta’ tagħraf mhux biss xinhu li ksibna biex inkunu naqblu mad-dinja ta’ madwarna, iżda tajjeb li naħsbu xi nkunu qed nitilfu. U fuq dan nagħmlu riflessjoni liema pjan se jagħmel l-iktar ġid lis-soċjeta’.

Fuq id-dinjita’ tal-persuna, l-aktar tal-mara. Ħafna drabi il-mara tiġi ppreżentata bħala ‘oġġett’ biss tal-pjaċir tar-raġel: pornografija, prosituzzjoni, traffikar ta’ nisa minn pajjiż għall-ieħor. Illum qed jinbtu fostna l-‘Gentlemen’s Clubs’. Qabel konna ngħidu li bniedem jistħoqqlu t-titlu ta’ ‘gentleman’ għaliex hu bniedem ġentili, u jirrispetta lil kulħadd. Illum bniedem li jmur fil-klabb biex jisfrutta n-nisa jista’ jissejjaħ kollox iżda mhux ‘gentleman’! Hija misnomer kbir kif qed jitkellmu fuqhom xi organizzazzjonijiet tan-nisa. Fil-Ktieb ta’ Ħabakkuk insibu dan il-kliem li jgħodd ħafna ukoll għal-llum: “Ħażin għalih minn jisqi l-proxxmu tiegħu, min iferragħlu s-semm sa jġagħlu jisker, bil-ħsieb li jħares lejn l-għera tiegħu” (2,15). Ma hemm xejn ġdid taħt ix-xemx: ħafna drabi din issir llum ħafna drabi fuq xi tfajliet bid-droga;  jekk kultant ma tiġix murija wkoll fuq l-internet!

Żdiedet ħafna il-promiskwita’ qabel iż-żwieġ, fiż-żwieġ u wara ż-żwieġ. Żgur li il-pornografija – anki dawk il-programmi jew stejjer li juru l-mara bħala oġġett, jew li l-att  sesswali jippreżentawh mingħajr ir-risponsabbilta’ tiegħu – tifforma l-mentalita’, l-aktar taż-żgħażagħ. Mhux faċli mbagħad li tkun għext ħajtek b’dawn l-idejat fuq il-mara bħala oġġett li tasal biex tħares lejn il-mara bħala persuna li kapaċi tagħmel relazzjoni ta’ mħabba dejjiema magħha. Importanti li nirriflettu fuq din ir-realta’, għax il-media tant hi qawwija li ma tħallinhiex naraw l-effetti li tħalli fuqna. Ir-‘Rivoluzzjoni Sesswali’ (b’mod speċjali mmexxija minn Marcuse u Reich), fis-sittinijiet, li ħasbu li jekk inneħħu kull restrizzjoni fuq is-sesswalita’ mhux se jkun hemm iktar delitti ta’ kull xorta magħqudin mas-sess. Fil-fatt naraw li dan ma’ ġabx liberta’ positiva lill-mara iżda skjavitu’ oħra. Is-sesswalita’ ma tistax tibqa’ istint biss iżda trid kun magħquda mar-raġuni u r-rispett, u allura anki r-rażan!

 

 

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: